Tag: Kamra Tal Kummerċ

Aġġornata: Il-Kamra tal-Kummerċ tikkundanna s-sussidji ġodda għat-trasport pubbliku

Il-Kamra Maltija tal-Kummerċ esprimiet il-kundanna tagħha għal rapporti li l-pajjiż se jżid is-sussidji għat-trasport pubbliku b’ċifra li tvarja bejn l-€24 u d-€29 miljun fis-sena.

Titlob studju dwar kemm hemm bżonn ħaddiema mal-Gvern

Il-Kamra tagħraf il-bżonn li minn żmien għal żmien għandhom jiġu impjegati nies ġodda biex iġibu ideat ġodda fis-settur pubbliku u anke biex jikkumplimenta d-dinamika tas-settur privat.

Il-Kamra tappella lill-Gvern biex iraħħas il-kontijiet tad-dawl għall-industrija

Il-Kamra tgħid li din il-kwistjoni trid tiġi ndirizzata bl-ikbar urġenża.

Il-Kamra tal-Kummerċ tilqa’ l-miżuri biex jinkixef l-abbuż fl-Enemalta

Filwaqt li tfaħħar l-inizzjattiva tal-Gvern, il-Kamra tal-Kummerċ issostni li l-Enemalta u l-Gvern għandhom jieħdu azzjoni u jimplimentaw b’urġenza dawn il-miżuri

L-Oppożizzjoni imħassba li l-Gvern mhux jindirizza l-qasam tax-xogħol

Busuttil stqarr li huwa inkwetat biż-żieda tal-qgħad f’pajjiżna u bl-aħħar ċifri li juru li fl-2013 Malta kellha l-akbar tnaqqis fil-produzzjoni industrijali.

Il-Kamra tal-Kummerċ imħassba li l-Gvern mhux dejjem iddiskuta fl-MCESD

Il-President tal-Kamra tal-Kummerċ ħeġġeġ lill-Prim Ministru biex inaqqas il-kontijiet tad-dawl għall-industrija qabel Marzu tal-2015.

Il-Kamra tal-Kummerċ kontra l-użu tas-‘sick leave’ mill-ġenituri biex joqgħodu ma’ uliedhom

Għall-Kamra tal-Kummerċ is-‘sick leave’ mhux dritt tal-ħaddiema imma konċessjoni li tingħata minn min iħaddem.

Il-Kamra tal-Kummerċ ma taqbilx li tiżdied il-paga minima

Il-Kamra tal-Kummerċ qalet li dak li qed jikkunsidra l-Gvern qed jikkontradixxi d-dikjarazzjoni elettorali tal-Partit Laburista, li l-paga minima ma tiżdiedx aktar mill-aġġustament tal-għoli tal-ħajja.

Kamra tal-Kummerċ trid aktar ċertezza fil-miżuri tal-Baġit li jmiss

Qalet li d-dokumenti ppreżentati lill-Kummissjoni Ewropea aktar qajmu dubju milli assiguraw ċertezza

Laqgħat dwar ir-rakkomandazzjonijet tal-operat tal-WasteServ

Il-Gvern u l-WasteServ qed jiffukaw fuq l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tar-rapporti biex il-kumpanija tissaħħaħ.