Tag: Kacca

L-MEP Agius Saliba jsir membru onorarju tal-FKNK

Il-Membru tal-Parlament Ewropew Alex Agius Saliba sar membru onorarju tal-FKNK.

Filmat: Tifla bis-senter fost l-illegalitajiet miġbuda mill-Birdlife

Birdlife Malta qalet li d-deroga biex tiġi kkaċċjata s-Summiena fir-rebbiegħa ntużat bħala paraventu għall-kaċċa illegali fuq il-Gamiem. Fi stqarrija, Birdlife qalet li r-riżultati tal-istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa ta’ din is-sena li se jintbagħtu lill-Kummissjoni Ewropea biex turiha kif żdiedet il-kaċċa illegali fuq il-Gamiem.

Il-BirdLife tħassar laqgħa li kellha ma’ Delia minħabba li qal fuq...

Il-BirdLife Malta ħassret laqgħa li kien se jkollha mal-Kap tal-PN Adrian Delia wara kummenti li għamel fuq il-midja soċjali dwar il-kaċċaturi.

L-FKNK titlob laqgħa urġenti mal-Pulizija dwar il-kwerela tal-BirdLife

Ma teskludix li tieħu passi kontra l-BirdLife għall-malafama

BirdLife Malta bi kwerela biex jiġu rtirati l-liċenzji tal-kaċċa

BirdLife Malta ppreżentat kwerela lill-Kummissarju tal-Pulizija sabiex jirtira l-liċenzji tal-kaċċa kollha maħruġa mill-Ministeru għal Għawdex.

Filmat: Jinqatlu 4 tajr protetti jiem qabel jiftaħ l-istaġun

Birdlife Malta qalet li fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet irċiviet rapporti li nqatlu erba’ tajr protetti. Huma qalu li mill-għeluq tal-aħħar staġun tal-kaċċa BirdLife Malta u l-Pulizija diġà rċivew 21 għasfur protett li nafu li li spiċċaw fil-mira tal-kaċċa illegali.

In-nassaba ħadu vantaġġ mill-coronavirus biex jonsbu illegalment – BirdLife

L-organizzazzjoni BirdLife Malta qalet li filwaqt li l-aħbarijiet kienu ddominati mill-imxija tal-coronavirus, hija baqgħet tgħasses għall-insib illegali, u qabdet lil għadd ta' kaċċaturi jonsbu illegalment f'Marzu u f'April.

L-istaġun tal-kaċċa jiftaħ il-ġimgħa d-dieħla – il-Gvern

Il-Gvern qal li laqa' r-rakkomandazzjoni tal-Ornis sabiex jinfetaħ l-istaġun tal-kaċċa tas-summiena

10 NGOs kontra l-ftuħ tal-istaġun tal-kaċċa

Jingħaqdu mal-appell tal-BirdLife