Tag: Julia Farrugia Portelli

Miss Universe Malta timbotta ’l quddiem il-kunċett ta’ turiżmu sostenibbli

Il-ministru awgurat lil Anthea Zammit suċċess fl-esperjenza ta’ Miss Universe li lil hinn minn kontest ta’ sbuħija hi pjattaforma li mhux biss tippromwovi lil Malta imma wkoll temi ta’ importanza għas-soċjetà.

Rekord ta’ studenti fl-ITS – Ċertifikat ta’ fiduċja fis-settur turistiku

In-numru ta’ applikazzjonijiet reġistrati mal-Istitut tal-Istudji Turistiċi (ITS) għas-sena akkademika 2020-21, li bdiet uffiċjalment illum, il-5 ta’ Ottubru 2020, huwa wieħed rekord.

Julia Farrugia Portelli għandha tirriżenja minn Ministru – PD

Il-PD jgħid li l-Ministru jrid ikollha l-fiduċja tal-operaturi fl-industrija

Il-Prim Ministru jżur investiment ta’ €40 miljun mill-Westin Dragonara Resort

r Julia Farrugia Portelli sostniet li dan l-investiment ta’ €40 miljun huwa importanti sabiex jitjieb il-prodott turistiku ta’ pajjiżna.

Ritratti: “Ilħaqna l-mira li kellna” – Julia Farrugia Portelli

Il-pubbliku huwa mgħarraf li s-servizz ċirkolari tat-trasport pubbliku b’xejn lejn Wied iż-Żurrieq qed ikun offrut mill-Ħamis sal-Ħadd.

Min-nofs Lulju jitneħħew ir-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar kollu – MTA

Il-Ministeru għat-Turiżmu u l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu laqgħu dak li ħabbar il-Prim Ministru lbieraħ waqt li kien intervistat fuq l-istazzjon tal-Partit Laburista. Dan hekk kif żdiedu sitt pajjiżi oħrajn mal-lista ta’ destinazzjonijiet imlaqqma bħala “safe corridors” għat-turiżmu minn u lejn Malta. Semmew ukoll li min-nofs Lulju se jitneħħew ir-restrizzjonijiet kollha fuq l-ivvjaġġar.

Filmat: Modi ġodda ta’ assessjar għall-istudenti tal-ITS

Il-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli se tkun qed tindirizza konferenza tal-aħbarijiet flimkien mal-ITS. Dan b'rabta ma' riżultati ta' survey li sar mal-istudenti tal-iskola dwar l-esperjenza tagħhom tal-lezzjonijiet online.

17-il rapport ta’ serq mill-Ministeru tat-Turiżmu fi żmien sena

Matul l-2019 saru 17-il rapport lill-Pulizija dwar serq mill-entitajiet tal-Ministeru għat-Tuiżmu. Dan qalitu l-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli fil-Parlament hi u twieġeb mistoqsija Parlamentari.

Ministri m’għandhomx jagħtu vantaġġ lill-operaturi privati – Kummissarju

Il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, Dr George Hyzler, qal li ministri m’għandhomx jagħtu vantaġġ lill-operaturi privati jew xi inizjattiva tagħhom. Sostna li l-Ministri jridu joqgħodu attenti li ma jaqbżux il-linja fejn għajnuna uffiċjali xierqa u l-għoti ta’ vantaġġ mhux xieraq.