Tag: Jose Herrera

215-il ħaddiem barrani fit-turiżmu issa mal-Kunsilli Lokali

Total ta’ 215-il ħaddiem barrani li qabel kienu jaħdmu fis-settur turistiku bdew jaħdmu mal-Kunsilli Lokali.

Il-Ministru Herrera se jħalli lil Prinċep George iżomm is-sinna ta’ kelb...

Wara kritika fuq il-midja, partikolarment dik Ingliża, il-Ministru għall-Kultura Josè Herrera mhux se jkun qed jaħdem biex is-sinna ta’ kelb il-baħar li ngħatat bħala rigal lill-Prinċep George tkun ritornata Malta.

Filmat: “Xhieda li l-Belt Valletta qiegħda terġa’ tieħu postha bħala ċ-ċentru...

Jason Micallef qal li “ninsabu ħerqanin biex nilqgħu lill-pubbliku ġewwa l-Belt Valletta għal dan l-avveniment li mhux ta' min jitilfu - kuncert li se jkompli jiġbed nies ta’ kull età lejn il-Belt bħala parti mill-ħidma tagħna lejn ir-riġenerazzjoni soċjali, kulturali u ekonomika tal-Belt Valletta, kif ukoll parti mil-legat ta' Valletta 2018.”

Filmat: L-MPs tal-Gvern jgħidu li ma kinux jafu bl-elezzjoni bikrija

Uħud mill-Membri Parlamentari tan-naħa tal-Gvern qalu li ma kinux konxji li kienet se ssir elezzjoni ġenerali bikrija fl-2017. Newsbook.com.mt staqsa lil dawn il-Membri Parlamentari jekk huma kinux konxji dwar l-elezzjoni bikrija li saret fl-2017, mill-2016.

Filmat: Il-Gvern se jixtri l-każini tal-banda – Herrera

Il-Ministru għall-Arti qal li l-Gvern se jkun qed jixtri l-bini tal-każini tal-baned li mbagħad ikunu jistgħu jinkrew mill-każini.

€45,000 għal latrina f’Ħal Luqa

Il-Ministru Josè Herrera żvela fil-parlament li latrina fit-triq Dun Pawl f'Ħal Luqa, swiet €45,000.

Il-PN jitlob li l-laqgħat tal-Kunsilli Lokali jsiru bil-magħluq

Waħda mill-proposti li resqet l-Oppożizzjoni sabiex jiġu ssalvagwardjati l-Kunsilli Lokali hija li l-laqgħat tal-Kunsill isiru bil-magħluq u jibqgħu jiġu trażmessi live.

Ikkunsidrata d-diżinfettazzjoni tat-toroq – Herrera

Il-Ministru għall-Kunsilli lokali Josè Herrera qal li l-Gvern qed jikkunsidra li jiddiżinfetta t-toroq pubbliċi.

Żjara Papa: Delegazzjoni mill-Vatikan għal Malta f’dawn il-jiem

Fil-jiem li ġejjin, se tkun qed tiġi Malta delegazzjoni mill-Vatikan sabiex iżżur il-postijiet li huma parti miż-żjara proposta. Dan qalu l-Arċisqof Charles Scicluna f’kumment ma’ Newsbook.com.mt wara li dalgħodu ħabbar b’mod uffiċjali ż-żjara tal-Papa f’Malta fil-31 ta’ Mejju.