Tag: JienInt

Il-ħajja u l-mewt

Bdejna x-xahar ta’ Novembru għalhekk dan ix-xahar ser ikun iffukat fuq il-Ħajja u l-Mewt.

Min huma s-sorijiet tal-iskejjel ta’ Santa Monica?

Insiru nafu aktar dwar Tereza Spinelli, il-fundatriċi ta’ dawn is-sorijiet li wkoll għandhom diversi skejjel f’Malta u anke barra minn Malta.

Il-ħajja u l-ispiritwalità ma’ Madre Tereża

Il-mistiedna tagħha huma Fr Paul Chetcuti sj u Anthony Gatt - ic-CEO tal-Caritas Malta. X’inhu x-xogħol tal-Caritas illum? Inbidel matul is-snin?

Knisja b’missjoni universali

Fr Ġiovann Tabone ser jgħidilna l-esperjenza tiegħu fil-missjonijiet diversi li hu għamel ma' sħabu l-mssp. Ser ningħaqdu wkoll bi skype ma' Fr Alex il-Peru.

Id-disa’ Beatitudnijiet

F’din il-beatitudni se jingħalaq kapitlu ieħor dwar it-tagħlim ewlieni tal-Knisja, wara li fix-xhur li għaddew tkellimna wkoll dwar il-Kmandament. Id-diskussjoni tiżvolġi wara li Franceska titkellem ftit ma’ Sr Natalie u Fr Sergio... X’inhu x-xogħol tagħhom? X’inhi l-kariżma tas-Sorijiet tal-Karità? Dan ser inkunu nafuh qabel ma’ tibda d-diskussjoni.

Is-seba’ u t-tmien Beatitudni

Fl-edizzjoni tal-lum tal-programm JienInt, li jixxandar fl-4.30pm fuq Net, Francesa Polidano se titkellem ma’ Elisa Saliba u Sr Rachel Frendo OSA, dwar is-seba’ u t-tmien Beatitudni, jiġifieri “Ħenjin dawk li jġibu l-paċi għax huma jissejħu wlied Alla”, u “Ħenjin dawk li huma ppersegwitati minħabba s-sewwa għax tagħhom hija s-saltna tas-smewwiet.”

“Henjin dawk li jġibu l-paċi għax huma jissejħu wlied Alla”

Dawn iż-żewġ Beatitudnijiet prattikament jiġbru fihom l-Evanġelju għaliex jekk wieħed verament jgħixhom ikun qed ikun jgħix dak li dejjem għallem Ġesù, jiġifieri li biex wieħed ikun kuntent hu u jagħmel lil ħaddieħor kuntent. Kif tagħmel f’kull programm, Francesca Polidano titkellem mal-mistiedna mil-lat personali biex inkunu nafu xi ħaġa oħra dwarhom.

Ir-4 Beatitudni

Il-programm tal-lum li se jkun qed jittratta r-raba’ Beatitudni, li tgħid "ħenjin dawk li huma bil-ġuħ u l-għatx għall-ġustizzja għax huma jkunu mxebbgħin. Għal min qed jirreferi Ġesù meta kien qed jagħti dawn il-ħsibijiet lill-folla li kienet tinġabar? Xi tfisser li tkun imxebba’?

It tieni u t-tielet Beatitudnijiet

Xi jfissru verament dawn il-Beatitudnijiet? Kif jista’ jkun li wieħed imnikket ikunu ħieni, u min huma dawk ta' qalbhom ħelwa?

Min huma l-foqra fl-ispirtu li jsemmi Ġesù?

Il-Beatitudnijiet huma mod ta' kif wieħed jista' jgħix il-ħajja b'aktar pożittività milli bi kmand. Il-mistiedna Edward Wrigħt u MaryRose Lewis, se jitkellmu dwar dan u aktar. Ir-rifflessjoni se tiffoka fuq l-ewwel Beatitudni: “Ħenjin il-foqra fl-ispirtu għax tagħhom hija s-saltna tas-smewwiet”.