Tag: It-tmien nota

It-Tmien Nota tasal fi tmiemha

Naraw il-funeral joħroġ mill-knisja li titbattal minn nies. Jibqa’ biss Bella li tħares lejn kulħadd ħiereġ ’il barra.

Stqarrija ta’ mħabba

Nora u David ikunu flimkien u d-diskors jaqa’ fuq it-tieġ li dalwaqt ġej ta’ Bella u Leo. David jgħidilha li Leo ma jixirqilhiex u li ħaqqa xi ħaġa aħjar. Omm Nora ma tiħux pjaċir li jaqbeż għal Bella u tgħidlu li aħjar jara x’inhu l-aħjar ġid għal Nora – li se tkun martu – milli jħabbel rasu dwar Bella. David jintebaħ li dawn iż-żewġ nisa għandhom fid-demm kontra Bella u jistqarr dan mal-familja tiegħu.

Leo kif se jirreaġixxi wara l-kunċert?

Jagħtiha x’tifhem li minbarra l-mużika hemm xi ħaġa oħra li qed tinkwetah – dik li jħoss li ma jafx fejn qiegħed magħha, avolja għamel tant għaliha. Bella tgħidlu li m’għandux għalfejn jinkwieta għax waslet għall-fatt li qed taħseb biex tiżżewġu. M’hemmx prova akbar minn hekk ta’ mħabbitha lejh.

Suspetti

Jum minnhom, wara li jidlam u tkun spiċċat mill-istudenti, Bella jkollha żjara mingħand David. Dan ma kienx jaf li se tkun waħedha u jibqa’ sorpriż kif Leo bħal kien jabbanduna lil Bella. Jipprova jagħtiha x’tifhem kemm qed jonqosha Leo u jisgħobbih għaliha. Meta jitlaq jinżerta jkun ġej Leo li jarah ħiereġ mill-appartament ta’ Bella. Jibda jissuspetta ħażin.

“David, David! Fejn int?”

Bella tkun mistiedna għal programm televiżiv biex jintervistawha. Kollox ikun sejjer sewwa sakemm l-istazzjon jirċievi telefonata għaliha li tgħidilha biex lit-telespettaturi tgħidilhom għaliex kulfejn marret ħalliet ħerba warajha u ssemmilha l-qtil ta’ Edward, it-traġedja ta’ Leo u l-għibien ta’ David. Il-messaġġ ma jinqarax fuq it-televiżjoni imma jgħadduhulha. Ma’ kull isem li tara narawha tisfar sakemm meta jasal isem David, Bella twerżaq waħda kbira: “Le!”. Tqum strumblata minn fejn tkun u x-xandira tinqata’ hesrem.

Għawġ biss

Fl-isptar Bella tara l-kundizzjoni ħażina li jkun jinsab fiha Leo. Tkompli taħseb li hija titfa’ s-saħta fuq l-irġiel kollha li ssir taf. Leo jibqa’ lanqas jaf li ġiet iżżuru. Kif tkun ħierġa mis-sala tara dieħla lil Nora. Bella tmur iżżur lil Angela u titkellem magħha dwar dak li jkun għadda mal-lejl u dwar li Leo kien qalilha li seta’ jgħinha fil-karriera tagħha.

“Dak li ġara lil Edward jista’ jiġri wkoll lil Manfred”

Imriegħda, Bella tgħid b'dan lil Pulizija li iżda ma jirnexxilhomx isibu minfejn saret it-telefonata. Manfred ma tantx jidher li jinkwieta għal din it-theddida. Imma jinkwieta għal Bella għax jaf li din mhux se tkun konċentrata fuq dak li kellha tistudja.

Mewt u għira

Bella ma tiħux pjaċir b’din l-aħbar għax taf kemm il-mara qatt ma kellha grazzja magħha sa minn meta kienet żghira. Angela tinforma lil Bella li meta kienu jitkellmu għaddew xi karti bejniethom li mill-boghod ukoll setgħet tara li kienu xi ittri. Imma ittra ta’ min? Ta’ Bella lil Edward? Jew ta’ Nora lil Edward? Jew xi ħaġa oħra?

Bosta opportunitajiet fil-mużika għal Bella

Is-sensiela, li oriġinarjament ixxandret fl-2008, għandha kitba ta’ Joseph A Cachia bi produzzjoni ta’ DeeMedia.tv. Jieħdu sehem Ruth Casingena, Analise Psaila, Patrick Vella, Theresa Gauci, Henry Zammit Cordina, Mariella Delmar, Rita Camilleri, Malcolm Galea, Rennie Vella, Renald Formosa, Paul Caruana, Daphne Said, Katrina Bonnici, Stephan Farrugia, Gabriella Borg u Neville Refalo.

Il-pjanu, le!

Naraw lil Bella tifla, fl-għodwa li fiha jiġu biex jiħdulha l-pjanu. Meta jkunu se jiħduh narawha tibki u tmur tinħeba f'kamritha. Ikun għalxejn li l-ġenituri tagħha jippruvaw jikkunslawha għax il-ġerħa tkun kbira wisq. Agnes u Robert iħossu li binthom aktar 'il quddiem tkun se tibda tobgħodhom għax firduha mill-akbar ħabib li kellha. Minkejja dan, xorta waħda jgħidulha li se jħalluha tkompli titgħallem il-pjanu meta jmorru fid-dar il-ġdida u li aktar tard se jerġgħu jixtrulha ieħor... imma mhux għalissa għax ma kellhomx flus.