Tag: Isqof Mario Grech
Nieħdu l-eżempju ta’ Kristu msallab u nfarrġu lil ta’ madwarna –...
L-Amministratur Appostoliku t'Għawdex Mario Grech qal li f'dawn iż-żminijiet ta' konfużjoni u solitudni, għandna nieħdu l-eżempju ta' Kristu msallab, li wkoll ħassu waħdu fuq is-salib, fl-aħħar mumenti ta' ħajtu, u nfarrġu lil ta' madwarna, bħalma hu farraġ lill-ħalliel imsallab ħdejh u qallu li se jarah il-ġenna.
“Is-salib huwa ż-żrara li ġġarraf l-idoli kollha” – l-Isqof Grech
L-Isqof Mario Grech qal li xejn daqs is-salib ma jista’ jikxef il-wiċċ veru ta’ Alla u għaldaqstant is-salib huwa ż-żrara li ġġarraf l-idoli kollha tagħna. Nhar l-Erbgħa tat-Tniebri, l-Isqof Grech ikkontempla fuq il-Kalvarju bħala ġrajja kontemporanja u għamel ir-riflessjoni tiegħu dwar il-kustat imċarrat.
Filmat: Messaġġ bis-sinjali minn Ira Losco sal-PM
Il-messaġġ hu sempliċi li jinftiehem minn kulħadd: “Noqogħdu d-dar”. Però mhuwiex sempliċiment messaġġ b’vidjow biex wieħed joqgħod jammira lil dawk li pparteċipaw fih iżda nagħmlu dak li fil-fatt huwa mitlub minna lkoll sabiex nirrispettaw lilna nfusma kif ukoll lil dawk il-persuni vulnerabbli u lill-ħaddiema fis-settur tas-saħħa.
L-Isqof Grech b’ġabra biex jinxtara ventilator għall-pazjenti Għawdxin
Lis-saċerdoti qalilhom jagħtu €100 kull wieħed
Filmat: Appell imqanqal mill-Isqof Grech
L-Amministratur Appostoliku għal Għawdex l-Isqof Mario Grech għamel appell imqanqal lill-poplu kollu f’filmat li ġie ppubblikat mid-Djoċesi ta’ Għawdex. Huwa ħeġġeġ biex kulħadd jibqa’ d-dar u jesgwi l-istruzzjonijiet tal-Awtoritajiet tas-Saħħa.
Il-Papa mistenni jżur Malta
Iż-żjara se sseħħ possibilment qabel is-sajf u l-programm taż-żjara se jinkludi waqfiet kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex
Filmat: Ktieb ġdid b’dak li qal l-Isqof Grech fis-Sena Marjana
Id-Djoċesi ta’ Għawdex ippubblikat ktieb bl-omeliji u l-interventi li għamel l-Isqof Mario Grech fis-Sena Marjana. Il-ktieb bl-isem “Tibżax tieħu għandek lil Marija”, li huwa stampat kollu kemm hu bil-kulur, fih bosta ritratti ta' xbihat Marjani li jinsabu fil-knejjes ta’ Għawdex.
“Sa għada rridu nlestu l-abbozz għas-Sinodu” – l-Isqof Grech
L-Isqof Mario Grech spjega li dan l-abbozz mistenni jkun lest is-Sibt filgħaxija stess
Id-Dar ta’ Trionfi f’Għawdex se tinbidel f’ċentru ta’ karità
Id-dar ta’ Trionfi fir-Rabat, Għawdex se tinbidel f’ċentru djoċesan għall-karità. Ħabbar dan l-Isqof ta’ Għawdex Mario Grech fl-Ittra Pastorali li nqrat f’Santa Marija u...
Awdjo: L-anzjani tagħna vittma tar-regħba – l-Isqof Grech
L-Isqof ta’ Għawdex Mario Grech qal li hemm djar tal-anzjani fejn min qed imexxi qed iqanċaċ is-servizzi u għalhekk stqarr li “l-anzjani tagħna huma...