Tag: Irwiegel

X’qed ibassru l-irwiegel għas-sena 2020?

Il-paġna it-Temp Madwarna fuq Facebook spjegat li l-lista li ppubblikat inkitbet bejn it-13 u l-24 ta’ Diċembru tal-2019 u kull xahar huwa maqsum f’erbgħa. Il-paġna spjegat li l-lista li qed tippubblika qed issir biex turi kif l-irwiegel kienu jbassru t-temp. L-amministrazzjoni tal-paġna qalet li fl-opinjoni tagħha, dawn ma fihom l-ebda bażi jew rilevanza f’valur xjentifiku f’dak li għandu x’jaqsam mat-tbassir tat-temp. Spjegat li kull riżultat jiġi b’kumbinazzjoni b’ċans ta’ 50% li jkun korrett.

X’temp se jkollna skont Gejtu?

Gejtu, bidwi Għawdxi, għadu jbassar it-temp skont l-Irwiegel. Tkellem mat-tim ta’ FirstMalta, sit indipendenti li jbassar it-temp b’mod xjentifiku.Skont is-sit, Gejtu qata’ t-temp għall-ewwel...

L-irwiegel ibassru temp sabiħ għall-karnival

L-irwiegel qed ibassru aħbarijiet sbieħ għad-dilettanti tal-karnival. Dan minħabba li mhux qed ibassru maltempati, imma temp sabiħ ikkaratterizzat minn ħalbiet żgħar tax-xita u riħ.