Tag: Intervista Joseph Muscat One

Aġġornata: “Bejn 5 u 7 snin oħra jkun sar il-pipeline tal-gass”...

Dr Muscat qal li din il-kwistjoni suppost ilha solvuta għax jiftakar l-argumenti kontra li tittieħed fergħa meta għadda l-pipeline bejn l-Afrika u l-Italja għax kien hemm “min ma riedux biex nibqgħu nixtru ż-żejt.”

Aġġornata: “Trid tintrefa’ r-responsabilità għal kwalità fil-bini tal-Mater Dei” – PM

Fl-ewwel reazzjoni tiegħu dwar ix-xogħol ta’ kwalità ħażina f’xi bini tal-konkrit fid-Dipartiment tal-Emerġenza fl-isptar Mater Dei, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li trid tintrefa’ r-responsabilità minn min għamel ix-xogħol u minn min iċċertifikah.

“Veru li hemm il-problemi fl-isptar Mater Dei” – Dr Joseph Muscat

Qal li l-Gvern ilu f’postu disa’ xhur u qed idaħħal sens fit-tmexxija u jaċċetta kritika iżda mhux mill-Partit Nazzjonalista għax skont Dr Muscat, il-Gvern preċedenti ħalla diżastru fil-qasam tas-saħħa.

Awdjo: “Il-priorità tal-Gvern hi l-prezz tal-gass” – Prim Ministru

Il-Prim Ministru Joseph Muscat sostna li issa li l-Gvern wasal għal ftehim dwar il-prezz tal-petrol u d-diesel sal-aħħar tas-sena, liema prezz raħas, il-priorità li jmiss hija li jkun hemm ftehim simili fuq il-gass, filwaqt li tenna li l-Gvern qed jaħdem qatiegħ sabiex tkun salvata l-Enemalta.

Aġġornata: “Il-ftehim mal-Libja se jirrifletti fil-prezz tal-fuel” – Prim Ministru

Il-Prim Ministru Joseph Muscat saħaq li jittama li l-ftehim mal-Libja jibda’ juri r-riżultat tiegħu mis-sena d-dieħla, meta jibda’ juri l-impatt tiegħu fuq il-prezz tal-petrol u d-diesel.

Dr Joseph Muscat jitlob spjegazzjoni dwar l-iżviluppi fil-każ tax-xiri taż-żejt

Fuq l-istazzjon tal-Partit Laburista Dr Muscat jitkellem fuq l-iskandlu tax-xiri taż-żejt u il-Presidenza ta' l-Unjoni Ewropea fl-2017.