Tag: Innovazzjoni

Filmat: Innovazzjoni minflok turiżmu? – il-PM, Newsbook Webinar

Il-PM temm b’referenza għal graffiti f’Hong Kong, li jgħidu li “n-normalità li nafu kienet il-problema” u insista li dan hu żmien li kulħadd jaħdem flimkien.

It-talent fir-riċerka u l-innovazzjoni jrid jissaħħaħ – Miriam Dalli

B’referenza għal skoperti li saru minn żviluppaturi u riċerkaturi Maltin, Miriam Dalli qalet li t-talent li jeżisti fir-riċerka u l-innovazzjoni f’pajjiżna jrid jiġi sostnut...

Malta bl-ewwel liġi fid-dinja dwar il-blockchain

Fil-Parlament Malti għaddew tliet liġijiet li jwaqqfu l-ewwel qafas regolatorju għat-teknoloġija DLT, fosthom l-ewwel liġi fid-dinja dwar il-blockchain.Qabel għaddew dawn il-liġijiet, bosta kumpaniji barranin...

L-ewwel laqgħa għall-Kunsill Reġjonali taż-Żgħażagħ Għawdxin

Il-kumitat, li kien approvat riċentament, se jkun qed jipproponi l-viżjoni tiegħu dwar Għawdex, kif ukoll proposti li jagħtu liż-żgħażagħ Għawdxin opportunitajiet u futur fil-gżira.

‘Malta ma tistax tibqa’ konformista’ – PM

Il-Prim Ministru Dr Joseph Muscat qal li Malta ma tistax tibqa’ konformista jekk verament trid it-tkabbir ekonomiku u l-ġid.

Ir-riżorsi għar-riċerka għandhom ikunu parti integrali mill-ekonomija Maltija – Dr Stefan...

Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka u l-Innovazzjoni Stefan Buontempo qal li s-settur pubbliku m’għandux biss jinvesti f’ideat innovattivi iżda għandu joħloq ambjent li jiffaċilita l-ħolqien ta’ ideat ġodda.

Id-daqs u r-realtajiet ta’ kull stat għandhom jaffettwaw l-innovazzjoni fl-UE

L-indikaturi li jintużaw biex jiġi kkalkulat il-livell ta’ innovazzjoni fl-Unjoni Ewropea għandhom jagħtu każ tad-daqs u r-realtajiet ta’ kull stat membru individwali. Dan sostnieh is-Segretarju Parlamentari Stefan Buontempo fil-laqgħa annwali tal-grupp ta’ Salżburgu, li saret fl-Awstrija matul dan it-tmiem il-ġimgħa.

Ir-Riċerka u l-Innovazzjoni fuq l-aġenda tal-Gvern u l-GWU

Is-Segretarju Parlamentari Dr Stefan Buontempo jagħmel żjara ta' kortesija lit-tmexxija tal-GWU