Tag: Indja
5 persuni jmutu fi splużjoni f’impjant l-Indja li jipproduċi t-tilqim
Ħames persuni ġew maqtula f’nirien li ħakmu l-ikbar impjant li jipproduċi t-tilqim fl-Indja. Dan ġie rrapurtat minn diversi kmamar tal-aħbarijiet internazzjonali.
L-Indja tapprova żewġ vaċċini kontra l-Covid-19
L-awtoritajiet tas-saħħa Indjani approvaw l-użu ta’ żewġ vaċċini kontra l-Covid-19: il-vaċċin żviluppat mill-Università ta’ Oxford u Astra Zeneca, u ieħor żviluppat fl-Indja stess minn Bharat Biotech.
3,532 Indjan u Nepali li applikaw għall-permess tax-xogħol fl-2019
Fl-2019 kien hemm total ta’ 2,130 ċittadin Indjan u 1,402 ċittadin min-Nepal li applikaw għal residenza u permess biex jaħdmu.
Filmat: Sathvika tasal Malta; “Ilna 9 xhur nistennew biex inġibuha”
Iċ-ċkejkna Sathvika waslet Malta llum wara nofsinhar wara li l-familja addottiva tagħha għamlet disa’ xhur tistenna biex dan ikun possibbli.
Il-każijiet tal-coronavirus madwar id-dinja jilħaq 27 miljun
L-Indja qabeż lill-Brażil u sar il-pajjiż bit-tieni l-ogħla għadd ta’ każijiet.
Il-każi tal-coronavirus fl-Indja jaqbżu l-500,000
L-Indja rrappurtat aktar minn 17,000 każ ġdid tal-coronavirus fuq perjodu ta’ 24 siegħa. Dan wassal biex il-pajjiż issa jaqbeż is-sejba ta’ 500,000 każ pożittiv minn meta feġġ il-virus. Il-Ministeru għas-Saħħa federali qal dan filwaqt li spjega li l-każijiet qed jisparaw fi bliet maġġuri bħal New Delhi.
L-Indja arrestat ħamiema mill-Pakistan
Il-Pulizija bdew jissuspettaw li n-numri fuq iċ-ċurkett kienu messaġġ lil xi militanti Pakistani li huma moħbija fl-Istat tagħhom biex iwettqu azzjoni kontra l-Indja f’Kashmir, Stat li ż-żewġ pajjiżi issa ilhom snin twal jiġġieldu dwaru għax it-tnejn isostnu li hu tagħhom.
Il-lockdown fl-Indja jwaqqaf 300 infermier milli jiġu Malta
Mat-300 infermier Indjan li kienu se jingħaqdu mal-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa f’Malta spiċċaw ma setgħux jiġu Malta wara li l-Gvern Indjan ordna lockdown fil-pajjiż. Dan qalu l-President tal-MUMN Paul Pace waqt konferenza tal-aħbarijiet illum waranofsinhar. Din il-konferenza saret bil-għan li tfakkar il-Jum Internazzjonali tal-Infermiera.
L-ewwel każ tal-coronavirus fil-Polonja; 79 mejtin fl-Italja
93,000 persuna infettata fid-dinja
Malti fl-Indja bit-tajr
Il-festival inżamm f’seba’ lokalitajiet differenti tal-Istat ta’ Gujarat bil-parteċipanti jinqasmu fi tlett gruppi sabiex jilħqu lill-eluf ta’ dilettanti tat-tajr li hemm f’dan l-Istat. Matul dan il-festival Thomas Abdilla kellu stand għalih b’isem Malta, bħalma kellhom il-pajjiżi l-oħra kollha li pparteċipaw waqt dan il-festival, f’kull lokalità li zaru. Il-partecipanti kienu jivvjaġġaw mas-sitt sigħat kuljum peress li l-lokalitajiet kienu mbegħdin ħafna minn wieħed għall-ieħor u fejn l-itwal distanza kienet ta’ 310 kilometru, madwar 9 sighat sewqan.