Tag: Indipendenza

Libertà proviżorja għall-kaċċaturi tal-protesta f’Jum l-Indipendenza

Disa’ kaċċaturi li ħadu sehem fi protesta mhux awtorizzata f’Jum l-Indipendenza ngħataw il-libertà proviżorja wara li ħallsu depożitu ta’ €1,000 u garanzija personali ta’ €3,000.

Ir-reġjun ta’ Katalan irid referendum għall-indipendenza

Il-President tar-reġjun Katalan iffirma digriet jitlob referendum għall-indipendenza.

“Malta ressqet proposti importanti fin-Nazzjonijiet Magħquda ” – Joseph Muscat

Il-Prim Ministru elenka numru ta’ proposti li saru minn Malta fin-Nazzjonijiet Magħquda fosthom dawk dwar il-wirt ta’ qiegħ il-baħar u t-tibdil fil-klima.

Ritratt: Ħmieġ fil-Belt Valletta wara l-attivitajiet tal-Indipendenza

Il-kunsill ilmenta li kawża ta' nuqqas ta' konsultazzjoni li kien hemm mal-Kunsill Lokali partijiet sostanzjali mill-Belt baqaw ma tnaddfux.

L-Oppożizzjoni tipproponi l-Indipendenza bħala l-uniku festa nazzjonali – il-Gvern jirreaġixxi

Il-Kap tal-Oppożizzjoni, ilbieraħ filgħaxija, ippropona li Jum l-Indipendenza jkun l-unika festa nazzjonali tal-pajjiż. Fi stqarrija, l-Uffiċju tal-Prim Ministru qal li l-Kap tal-Oppożizzjoni ma fehemx l-ispirtu nazzjonali li daħħal il-Gvern.

Jingħataw midalja għall-50 anniversarju mill-Indipendenza

​14-il persuna llum ingħatat midalja għall-kommemorazzjoni tal-50 Anniversarju mill-Indipendenza ta’ Malta.

Ritratti: Il-monument tal-Indipendenza kkulurit bil-bukketti tal-awtoritajiet Maltin

Għall-okkażjoni tal-50 sena anniversarju mill-kisba tal-Indipendenza, l-ogħla dinjitarji Maltin ippreżentaw bukkett fjuri quddiem il-monument tal-Indipendenza fil-Furjana.

Il-Prinċep William għall-quddiesa fil-Konkatidral ta’ San Ġwann

Ingħata bidu għall-quddiesa solenni fil-Konkatidral ta’ San Ġwann mill-Arċisqof ta’ Malta Pawlu Cremona fl-okkażjoni tal-50 anniversarju mill-kisba tal-Indipendenza.

“Malta qed issejħilna biex nibqgħu sodi fil-valuri” – President ta’ Malta

Waqt iċ-ċelebrazzjonijiet uffiċċjali tal-Indipendenza, il-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni urew sens ta’ għaqda hekk kif anke indirizzaw il-folla mill-istess palk.

Ritratti: Il-Prinċep William f’Malta

Il-Prinċep William jinsab f'Malta għal żjara ta' jumejn bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-50 anniversarju mill-kisba tal-Indipendenza fil-21 ta' Settembru, 1964.