Tag: Imnieħru

L-Imnieħru miet b’attakk tal-qalb

Żewġ esperti mediċi qalu fil-qorti li ż-żewġ feriti f’ras Mario Camilleri l-Imnieħru, kienu qodma, hekk kif kien diġa’ beda jitrabba l-laħam madwarhom, u li ma kienx hemm evidenza li ssemmgħu xi tiri fil-qrib.

Jason Galea joħroġ mill-ħabs wara li ħallas €60,000

Jason Galea, li jinsab akkużat bil-qtil ta’ Mario Camilleri ‘L-Imnieħru’ u ibnu, kif ukoll ta’ Matthew Zahra, ħallas €60,000 mitluba mill-Qorti biex joħroġ mill-ħabs.

Il-Qorti titlob lill-prosekuzzjoni tressaq ix-xhieda fil-każ tal-qtil tal-Imnieħru u ibnu

Dwar il-każ tal-qtil tal-Imnieħru u ibnu, il-Qorti wissiet lill-prosekuzzjoni biex tressaq ix-xhieda malajr kemm jista’ jkun.

“L-Imnieħru” jista’ jerġa’ jindifen

L-Imnieħru kien diġà ndifen, iżda reġa’ nqala’ biex isiru xi testijiet fuq il-kranju tiegħu.

Każ tal-Imnieħru: Jibqgħu arrestati għax ma ħallsux

Il-Qorti ma laqgħetx it-talba għal libertà proviżorja u li tnaqqas il-garanzija personali taż-żewġt irġiel akkużati li qatlu lil Mario Camilleri u lill-ibnu Mario is-sena li għaddiet.

L-akkużati bil-qtil tal-Imnieħru jingħataw il-libertà kundizzjonata

Jason Galea u George Galea, akkużati bil-qtil ta’ Mario Camilleri l-Imnieħru u ibnu, ingħataw il-libertà kundizzjonata fuq depożitu ta’ €30,000 u garanzija personali ta’ €30,000.

Qtil Qajjenza: Sid l-għalqa jista’ jixhed bla biża’ li jittieħdu passi...

Fil-Qorti kompliet il-kumpilazzjoni ta’ Jason Galea u George Galea, li jinsabu akkużati bil-qtil ta’ Mario Camilleri, l-Imnieħru u ibnu.

Delitt Qajjenza: Jixhed ħu l-mara tal-Imnieħru

Kompla jinstema’ l-każ tal-qtil ta’ Matthew Zahra u Mario Camilleri, l-Imnieħru u ibnu. Illum fil-qorti xehdu ħu Jason Galea, wieħed mill-akkużati, li jiġi wkoll ħu mart l-Imnieħru.

Qabel it-tir, iben Mario Camilleri laqqat daqqiet b’maduma

Fil-qorti, illum kompliet il-kumpilazzjoni kontra George Galea u Jason Galea, dwar il-każ tal-qtil ta’ Mario Camilleri u ibnu.

Iktar testijiet wara t-tieni awtopsja

Minkejja li dalgħodu saret it-tieni awtopsja fuq il-kadavru ta’ Mario Camilleri, magħruf bħala l-Imnieħru, għadu mhuwiex ċar x’wassal għal mewt tiegħu.