Tag: Immigranti

Il-GWU trid aktar ħaddiema fiċ-ċentri tad-detenzjoni

Il-General Workers’ Union (GWU) għamlet għajta mill-ġdid għal aktar ħaddiema fiċ-ċentri tad-detenzjoni. Dan ħareġ minn post li tellgħet l-union fuq il-paġna tagħha ta’ Facebook fejn uriet il-ġrieħi li ġarrab uffiċjal tad-detenzjoni waqt li allegatament numru ta’ immigranti ppruvaw jaħarbu miċ-ċentru ta’ Detenzjoni ta’ Ħal Far is-Sibt li għadda.

28 immigrant salvati ‘l barra minn Sqallija pożittivi għall-coronavirus

28 immigrant salvati mill-NGO Sea-Watch irriżultaw pożittivi għall-coronavirus. Huma jinsabu fuq il-bastiment ta’ kwarantina Mobu Zazà ‘l barra mill-port Sqalli ta’ Porto Empedocle.

Gafà jattakka lil Bartolo; jgħidlu biex jieqaf iħarref dwar il-Libja

Neville Gafà attakka lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin Evarist Bartolo permezz ta’ post fuq Facebook u qallu sabiex jieqaf iħarref dwar il-Libja. Gafà kien jaħdem f’Kastilja taħt il-Prim Ministru Joseph Muscat. Gafà huwa magħruf fost l-oħrajn li kien jikkordina ħidmiet b’rabta mal-immigrazzjoni illegali u kien imsemmi f’push backs ta’ immigranti lejn il-Libja.

Il-Libja twaqqaf 2,000 ruħ milli jitilqu lejn Malta – Bartolo

Il-Ministru jgħid li dan sar bis-saħħa tal-laqgħa tal-PM fil-Libja

“Malta ma tistax terfa’ t-toqol tal-immigrazzjoni waħedha” – Delia lill-PPE

Adrian Delia fuq il-ħtieġa li l-UE tgħin lil Malta fl-immigrazzjoni

21 tablet u modems minn MOAS għal studenti immigranti

Il-Migrants Offshore Aid Station (MOAS) ipprovdiet 21 tablet u konnessjoni tal-internet lil 21 familja ta’ immigranti vulnerabbli sabiex tgħin lill-istudenti jkollhom aċċess għall-edukazzjoni f’dan iż-żmien diffiċli.

“Ir-razziżmu huwa insult lil Alla” – L-Isqof Galea Curmi

"Jekk jien ma nistmax lil xi ħadd għax hu iswed, jien li għandi problema, mhux hu li għandu problema”.