Tag: Immigranti Rregolari
Awdjo: Jekk ma jorqdux quddiem Sant’Iermu jibqgħu bla sigurtà soċjali
Ahmed Nuur Ibrahim jitkellem ma' Newsbook.com.mt u jgħid li kull ġimgħa madwar 300 immigrant iqattgħu l-lejl reqdin barra jistennew quddiem id-Dipartiment taċ-Ċittadinanza fil-Belt.
“Il-migranti jgħinu lill-Knisja turi l-maternità tagħha”
Il-Papa Franġisku qal li l-migranti u r-refuġjati għandhom post speċjali f’qalb il-Knisja, għax dawn jgħinuha tkabbar qalbha u turi l-maternità tagħha lejn il-familja kollha umana.
Jakkwistaw €2.5 miljun minn 359 immigrant li tħallew abbandunati
Uffiċjali qalu li t-traffikanti libsu barnuża filwaqt li sakru l-immigranti fuq il-bastiment qabel ma ħarbu permezz ta’ dgħajsa tas-salvataġġ.
Jiddaħħal f’port Taljan bastiment ieħor mitluq bl-immigranti
Iddaħħal fil-port Taljan ta’ Corigliano Calabro, il-bastiment abbandunat mill-ekwipaġġ li kien qed iġorr 360 immigrant irregolari.
Kadavru ta’ immigrant jinġabar minn bastiment reġistrat f’Malta
Kadavru ta’ immigrant irregolari nġabar mill-awtoritajiet Taljani wara li l-ewwel kien instab u ttella’ mill-bastiment reġistrat f’Malta ‘Happy Venture’.
Awdjo: Jgħaqqadhom ma’ uliedhom ‘li kienu mejta’
Ġurnalist u kittieb prominenti Taljan jirrakkonta kif irnexxielu jerġa’ jgħaqqad tfal Sirjani mal-ġenituri tagħhom wara traġedja fil-baħar Mediterran.
Ebda tfal fiċ-Ċentri ta’ Detenzjoni
Fiċ-Ċentri ta’ Detenzjoni għal immigranti li jaslu f’Malta b’mod irregolari, m’hemm ebda tfal – la mal-ġenituri tagħhom u lanqas mhux akkumpanjati.
Kważi 20,000 immigrant irregolari f’Malta mill-2002
Mill-1 ta’ Jannar 2002 sat-30 ta’ Settembru 2014, f’Malta waslu 19,654 immigrant irregolari.
8 irġiel arrestati wara l-ġarr ta’ immigranti irregolari
Il-Pulizija f’Pozzallo qed iżżomm tmint irġiel Eġizzjani suspettati li kienu r-responsabbli tal-bastiment tas-sajd li wassal l-aħħar żbark ta’ immigranti irregolari lejn l-Italja.
Dgħajsa bl-immigranti tegħreq qrib it-Turkija
Mill-inqas 24 ruħ mietu u mal-20 oħra għadhom mitlufa hekk kif dgħajsa bl-immigranti għerqet qrib il-kosta tat-Turkija, bejn il-Bosforu u l-Baħar l-Iswed.