Tag: Ice Bucket Challenge

“Dalwaqt imiss lili” – Bjorn

Filwaqt li sellem il-memorja ta’ Frates, Bjorn kiteb li dalwaqt imiss lilu. Għalhekk huwa għamel appell lill-poplu Malti w Għawdxi biex jgħinuh iwettaq il-ħolma tiegħu biex jiftaħ id-dar ġdida qabel ikun tard wisq.

Malli tistenbaħ tista’ tagħmel sfida bħal tal-Ice Bucket

Tieħu ritratt malli tqum, titfgħu fuq il-mezzi soċjali bil-hashtag #WakeUpCall, tagħti donazzjoni ta’ €6.35 lil UNICEF u tinnomina tlett iħbieb biex jagħmlu l-istess.

Filmat: Sfida ġdida – Flok barmil silġ għid 3 Ave Marijiet

Eluf kbar ta’ nies għamlu l-isfida tal-Ice Bucket biex iqajjmu kuxjenza dwar il-bżonn li ssir aktar riċerka għall-kura għall-marda magħrufa bħala l-Motor Neurone Disease. Iżda l-Patri Dumnikan Joseph Zahra żamm aktar saqajh mal-art u l-isfida tal-Ice Bucket ispiratu biex jibda sfida oħra bl-isem ta’ Three Hail Mary Challenge biex titqajjem kuxjenza fuq il-bżonn tal-paċi fid-dinja.

Voxpop: Smajna żżejjed fuq l-Ice Bucket Challenge?

Imma wara kważi ġimgħa u nofs nisimgħu u naraw din l-isfida, fil-verità n-nies jafu eżatt għaliex qed issir ir-riċerka? Staqsejnihom ukoll jekk jafux li l-Assoċjazzjoni ALS qed tuża ċelloli staminali ta’ embrijuni umani biex tkompli bir-riċerka tagħha.

Filmat: Jisfida għal tixriba lil Jason Micallef, Nathaniel Attard u lil...

Mal-eluf li diġà għamlu l-isfida tal-Ice Bucket, ingħaqad ukoll il-ġurnalist ta’ Newsbook.com.mt u Station Manager ta’ RTK, Karl Wright. Ix-xewqa ta’ Karl hi li anke l-kapijiet tal-istazzjonijiet l-oħra jieħdu doċċa għall-karità.

Tweet tal-Papa tqanqal kontroversja kiesħa daqs is-silġ!

Tweet li l-Papa Franġisku għamel nhar is-Sibt li għadda qajjem polemika sħiħa. Il-Papa kiteb fuq Twitter li “n-Nisrani jaf jagħti. Ħajtu hi mimlija b’atti ta’ ġenerożità – ħafna drabi ma jidhrux – b’risq il-proxxmu”.