Apparti n-numru kbir ta’ mwiet, il-pandemija tal-COVID-19 ma ġabitx biss effetti fuq is-saħħa ta’ miljuni kbar ta’ nies, jew fuq l-ekonomija tal-pajjiżi kollha tad-dinja, imma wkoll fuq l-ivvjaġġar, l-edukazzjoni u l-mod kif inġibu ruħna bejnietna. Spiss ma tagħrafx lil dak li jkun minħabba l-maskra, u ma tifhimx xi tkun qed tgħidlek persuna oħra f’ħanut jew fit-triq, għax il-maskra ttellef il-komunikazzjoni