Tag: Hermann Bonaci

34 sena wara…

Il-koppja Bonaci għandha tliet ulied, Christine, Stephanie u Maria Bonaci, u huma wkoll nanniet.

Ma tgħidlux li se jkollha tarbija minnu

Claudio jkun nervuż meta jsir jaf bl-aħbar li kellha għalih Grace.

It-tfal se jsalvawh lin-nannu mid-dinja tal-Agii?

Mark u Sharon issa moħħhom fin-nannu u kif se jerġgħu iġibuh lura fid-dinja tagħna.

Ritratti: Il-Misteru tan-Nannu Ton lura fuq it-TV

Mark u Sharon, in-neputijiet, dejjem kienu avżati min-nannithom biex ma jersqux lejn dik il-kamra.

Aktar drama bil-Malti għax-xhur tas-sajf

Fi tmiem il-ġimgħa, dejjem fil-ħin ta' wara nofsinhar se nkunu nistgħu nsegwu bosta drama lokali oħra, dejjem bi produzzjoni ta' Hermann Bonaci.

Ipokriti lura fuq TVM

Din is-sensiela kienet nibtet mir-radjuserial Mir-Razza tal-Irġulija ta' Louis Buttigieg li ġiet addattata għat-televiżjoni minn Lino Grech, bi produzzjoni ta' Hermann u Karl Bonaci, għal Bonaci Bros.

“Bis-saħħa tal-COVID-19 Simpatiċi ġejja lura” – Frida Cauchi

Waħda mill-produzzjonijiet l-aktar popolari li kellna fl-aħħar snin fil-gżejjer Maltin kemm fuq it-televiżjoni u anki fuq il-palk bla dubju hija Simpatiċi. Bħalissa qed jerġgħu jixxandru l-episodji l-antiki kemm fuq l-istazzjon Xejk, kif ukoll Melita More, cable Channel 315.

X’se jiġi żvelat aktar f’Għeruq?

Waqt is-sitt episodju mis-sensiela Għeruq li jixxandar illum is-Sibt fit-3.30pm fuq l-istazzjon Xejk se naraw min ta dik ix-xebgħa lil Ġammri. Għaliex? Xi skop kien hemm wara xebgħa bħal dik? Tgħid bi tpattija għar-rimarka li kien għadda meta ra lill-Avukat Sciberras? Jew forsi kien hemm xi skopijiet ohra? U xi jsir minn Ġammri wara xebgħa bhal dik?

Jiżvela sigriet li żamm mistur tul ħajtu kollha

Bennard jistqarr ma’ martu li kellu kuġin l-Imdina, kuġin nobbli. Ikollu wkoll jiżvela s-sigriet li żamm mistur tul ħajtu kollha, li hu kien is-sid ta’ dawk l-għelieqi kollha. Jistqarr ix-xewqa tiegħu li ħadd ma jsir jaf b’dan kollu. Ikun jixtieq li dik l-art tibqa’ kif kien jafha hu fi tfulitu, kif kien qal meta kien għadu ċkejken, li qatt m’hi se tagħmel wisa’ għad-djar u vilel.

Awguri Hermann

Hermann huwa wkoll kantant u l-vuċi tiegħu kienet tinstema' fit-tmiem tas-sensiela Ipokriti permezz ta' Imħabba Projbita. Ħa sehem fil-festival L-Għanja tal-Poplu fejn il-kanzunetta li huwa interpreta, Għall-Erwieħ, ikklassifikat fir-4 post.