Tag: helpline

Jitnieda helpline għal persuni b’diżabilità

Tnieda helpline bil-għan li jservi bħala punt ta’ referenza għal mistoqsijiet kif ukoll xi sfidi li jistgħu jiltaqgħu magħhom persuni b’diżabilità jew il-qraba tagħhom. Il-helpline se jkun aċċessibbli fuq in-numru 153.

Helpline għall-outpatients tal-fiżjoterapija fl-Isptar Karin Grech

Steward Healthcare nediet helpline għall-outpatients tal-fiżjoterapija fl-Isptar Karin Grech. Fi stqarrija ġie spjegat li dan sar sabiex tingħata għajnuna addizzjonali lil dawk il-pazjenti li kienu jew għadhom iżuru d-Dipartiment li jinsab fl-Isptar San Luqa.

Studenti tax-xjenzi tas-saħħa jgħinu lill-helpline u fl-attività fiżika

Għadd ta' studenti tal-Fakultà tax-Xjenzi tas-Saħħa qed jgħinu b'modi differenti fil-ġlieda nazzjonali kontra l-coronavirus.

Filmat: “Ma nkunux egoisti” – Celine

Segwi l-messaġġ ta' Celine f'din il-paġna.

Helpline ġdid għal min iħossu waħdu

Twaqqaf helpline ġdid għal dawk il-persuni li qed iħossuhom waħedhom, li jinsabu iżolati jew jixtiequ jgħidu kelma ma’ xi ħadd. In-numru ta’ dan il-helpline huwa 1772.

Jitħabbru d-dettalji għal min jgħix ma’ persuni fil-lockdown

Il-Professur Charmaine Gauci qalet li fil-ħin li ġej se jitħabbar email speċjali biex minnu persuni jkunu jistgħu jitolbu permess biex ma jibqgħux fil-lockdown. Il-Professur Gauci qalet li din il-miżura tapplika għal dawk il-persuni li joqogħdu ma’ persuni li għandhom aktar minn 65 sena u dawk b’mard kroniku.

Helpline għall-anzjani bla sapport

Dan is-servizz, li tnieda llum, se jkun disponibbli mit-Tnejn sal-Ġimgħa mit-8am sal-4pm, festi pubbliċi inklużi u nhar ta’ Sibt mit-8am sas-1pm.

Il-Kurja tagħlaq l-uffiċċji u tiftaħ Helpline

Il-Kurja ħabbret li minn għada s-Sibt 14 ta’ Marzu, il-Kurja tal-Arċisqof, inkluż l-Uffiċċju Żwiġijiet u l-uffiċċju ċentrali tal-Caritas, u t-Tribunali Ekkleżjastiċi fil-Belt Valletta, se jkunu magħluqin għall-pubbliku. Ġie spjegat li dan kollu qed isir bħala miżura ta’ prekawzzjoni li tħares is-saħħa u s-sigurtà kemm tal-pubbliku kif ukoll tal-impjegati.

Iċemplu lil 179 għax għandhom bżonn xi ħadd ma’ min jitkellmu

Filwaqt li l-voluntiera tas-Supportline 179 huma mħarrġa biex jgħinu kriżijiet psikoloġiċi u sitwazzjonijiet diffiċli, jidher li ħafna persuni li jċemplu għandhom sempliċiment bżonn xi...

Għandek mistoqsijiet dwar Brexit? Il-Gvern Malti jwieġeb

Propju minn nhar it-Tnejn li ġej, se jiġi attivat helpline għall-mistoqsijiet fuq l-effetti u l-konsegwenzi ta’ Brexit. Dan ġie spjegat fi stqarrija mill-Gvern Malti...