Tag: Ħal Safi

Ħabs għal 19-il immigrant fuq l-irvellijiet ta’ Ħal Safi

18-il immigrant minn 20 ġew ikkundannati sena ħabs, filwaqt li immigrant li għandu 17-il sena ngħata disa’ xhur ħabs u persuna oħra nħelset mill-akkużi miġjuba kontriha.

Iktar detenzjoni ta’ immigranti f’kundizzjonijiet ħżiena – rapport

Kien hemm żieda fid-detenzjoni tal-immigranti f'ċentri b'kundizzjoniet ħżiena f'Malta, skont l-Aġenzija Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA).

Iwieġeb mhux ħati bil-qtil ta’ Chantelle Chetcuti

L-akkużat għandu 33 sena u hu residenti Ħal Safi. Hu se jkun qed jiġi akkużat bl-omiċidju tal-mara, kif ukoll b’pussess ta’ droga.

Qtugħ fil-provvista tal-ilma f’Ħal Safi u l-inħawi ta’ San Ġiljan

Il-Water Services Corporation (WSC) avżat li jista’ jkun tinqata’ l-provvista tal-ilma minn dalgħodu ġewwa Ħal Safi. Skont post fuq Facebook il-WSC stqarret li l-provvista tista’ tieqaf minħabba li qed se jkun qed isir xogħol ta’ manutenzjoni tul il-ġurnata fl-inħawi ta’ Ħal Safi.

“Rabtuhom bil-cable ties u għaddewhom minn Triq ir-Repubblika” – NGOs dwar...

Tliet NGOs ikkundannaw il-mod kif il-pulizija eskortaw lill-grupp ta’ immigranti li kienu ġew arrestati wara protesta li saret fil-barracks ta’ Ħal Safi t-Tnejn li għadda.

24 arrestati wara protesta u ħsarat f’Ħal Safi

Wara protesta li saret fil-barracks ta’ Ħal Safi, il-Pulizija fi stqarrija qalet li ġew arrestati 24 persuna. Mhux eskluż li jitressqu l-Qorti aktar tard mal-ġurnata.

Issir protesta fiċ-ċentru ta’ Ħal-Safi; persuni arrestati

Għadd ta' pulizija ntbagħtu lejn iċ-ċentru ta' Ħal Safi wara li għadd ta' immigranti bdew jipprotestaw.

Filmat: 11 arrestati; “rewwixta f’Ħal Safi”

Il-Pulizija qalet li "kienet tqabbdet tinda u saret xi ħsara fil-post waqt li kienet qed issir rewwixta minn grupp ta' immigranti irregolari".

Aġġornata (2): Persuni miżmuma wara irvell żgħir ieħor f’Ħal Safi

Il-Pulizija rrispondiet għal rapport ta' irvell żgħir fiċ-ċentru ta' detenzjoni f'Ħal Safi u qed iżżomm xi persuni għal aktar investigazzjonijiet.

Detenzjoni: Iktar minn 10 ġimgħat illegali – Qorti

6 migranti ġew miżmuma fiċ-Ċentru tad-Detenzjoni ta' Ħal Safi għal iżjed minn 10 ġimgħat. Il-Qorti iddikjarat li din kienet illegali.