Tag: Gvern Malti

Il-Kummissjoni Venezja tilqa’ r-riformi; tinsisti li hemm bżonn aktar konsultazzjoni

Filwaqt li l-Kummissjoni Venezja laqgħet ir-riformi leġiżlattivi li għamel il-Gvern Malti bħala pass importanti fid-direzzjoni t-tajba, ikkritikat in-nuqqas ta’ konsultazzjoni madwar ċerti tibdiliet.

X’qed jgħidu dwar il-baġit?

Ilbieraħ il-Gvern ħabbar sett ta’ inċentivi sabiex ikompli jgħin lin-negozji u lill-poplu joħroġ fuq quddiem mill-pandemija tal-coronavirus. Il-Gvern ħabbar allokazzjoni ta’ €900 miljun għal dawn l-inċentivi. Intant, kienu diversi entitajiet, għaqdiet rappreżentanti u unions li taw ir-reazzjoni tagħhom dwar dawn l-inċentivi l-ġodda.

Ritratti: L-425 immigrant tniżżlu Malta matul il-lejl

L-425 immigrant li kienu abbord erba’ vapuri kkummissjonati mill-Gvern Malti biex iżommuhom fuqhom qalb il-pandemija tal-coronavirus tniżżlu Malta matul il-lejl li għadda.

Il-Gvern joħroġ ir-4 bastiment; se jospita 77 immigrant

Il-Gvern illum ikkummissjona r-raba bastiment li fuqu se jkunu qed jinżammu 77 immigrant ieħor.

8% biss tal-immigranti li waslu Malta ġew rilokati f’pajjiżi tal-UE –...

Mill-2005 ‘l hawn kienu 8% tal-immigranti rregolari li waslu jew iddaħħlu Malta u li ġew rilokati lejn pajjiżi fl-Unjoni Ewropea. Dan ħareġ fi stqarrija mill-Gvern Malti fejn tkellem dwar is-sitwazzjoni tal-immigrazzjoni fuq il-pajjiż.

78 immigrant salvati minn bastiment tal-merkanzija

Ilbieraħ, ġew salvati total ta’ 78 persuna mill-bastiment tal-merkanzija Marina wara li dawn sabu ruħhom f’diffikultà. Dalgħodu, l-NGO Alarm Phone spjegat li l-bastiment mhux qed jimxi lejn port ta’ sigurtà. Insistiet li hemm bżonn l-iżbark immedjat ta’ dawn il-persuni għax “diġà sofrew biżżejjed”. “Malta u l-Italja għandhom jieqfu jilgħabu dan il-logħob siniku,” insistiet l-NGO.

Filmat: “Mhux se nittolleraw abbużi minn min iħaddem” – Il-Gvern lill-MCESD

Filwaqt li wera l-apprezzament lejn il-maġġorparti tal-kumpaniji li qed jaħdmu biex isalvaw l-impjiegi, il-Ministru Carmelo Abela saħaq li abbużi minn min iħaddem mhux se jkun tollerat. Hu qal dan waqt laqgħa li kellu mal-Kunsill Malti għall-IŻvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD) flimkien mal-Ministru għall-Ekonomija Silvio Schembri. Huma ddiskutew is-sitwazzjoni preżenti marbuta mal-imxija tal-coronavirus u l-impatt ekonomiku fuq in-negozji.

Il-Gvern lest jirrevedi l-programm tal-IIP imma mhux iwaqqfu

Il-Gvern Malti sostna li lest li malli l-programm kurrenti taċ-Ċittadinanza b’Investiment (IIP) jilħaq il-massimu tiegħu, il-programm jiġi revedut. Iżda jidher li mhux lest li jwassal dan il-programm fi tmiemu.

Filmat: 400 blokka tal-Gvern se jitnaddfilhom il-komun

Il-Ministru għall-Akkommodazzjoni Soċjali Roderick Galdes u s-Segretarju Parlamentari għall-Kumunitajiet Alex Muscat se jkunu qed iħabbru programm ta' tindif fil-komun tal-appartamenti tal-Gvern.

“Salva l-ħajjiet tal-immigranti” – 300 professjonist tas-saħħa

Aktar minn 250 professjonist tas-saħħa u studenti tas-saħħa ffirmaw ittra lill-Prim Ministru li titlob sabiex jikkunsidra mill-ġdid il-pożizzjoni li ħa l-Gvern Malti dwar l-għajnuna lill-immigranti f’periklu li jgħerqu. Filwaqt li qalu li jifhmu li s-sitwazzjoni preżenti fil-pajjiż tal-coronavirus hija waħda serja, li wieħed iħalli persuni jmutu f’isem is-saħħa pubblika hija deċiżjoni kontradittorja.