Tag: Greċja

Il-Greċja f’lockdown għall-Milied; iżda b’rilassament fil-miżuri

Il-maġġoranza tal-miżuri tal-lockdown fil-Greċja se jibqgħu fis-seħħ anke fi żmien il-Milied iżda se jitħallew jinfetħu l-ħwienet tal-kotba u tax-xagħar. Se jiġu rilassati wkoll xi miżuri relatati mal-kwarantina għal dawk in-nies li deħlin fil-pajjiż.

Il-Greċja se timponi curfew

L-għan huwa li jkun kontrollat iżjed il-moviment u l-ħruġ bil-lejl li kien qed iwassal għat-tixrid tal-virus.

Plejer ta’ Man Utd ħati ta’ diversi akkużi wara ġlieda fil-Greċja

Maguire ingħata sentenza sospiża ta’ 21 xahar u 10 ijiem minn qorti Griega wara li stab ħati ta’ diversi akkużi wara ġlieda fuq il-gżira ta’ Mykonos

L-Italja tikkunsidra testijiet għal min jivvjaġġa minn Malta

L-Italja qed tikkonsidra li tintroduċi testijiet għal min ikun qed jivjaġġa lejn il-pajjiż minn Malta u l-Kroazja fid-dawl taż-żieda ta’ każijiet ta’ Covid-19 li qed jesperjenzaw dawn il-pajjiżi.

Għargħar u xita torrenzjali fil-Greċja; 7 persuni jitilfu ħajjithom

Seba’ persuni tilfu ħajjithom wara li xita torrenzjali u maltempata qawwija kkawżaw għargħar fuq il-gżira ta’ Evia, fil-Greċja.

Il-PM Grieg iwissi dwar żieda f’każijiet ta’ COVID-19

Iżjed minn qatt qabel hemm il-bżonn li l-Griegi jħarsu r-regolamenti maħsuba sabiex jikkontrollaw il-coronavirus. - PM Grieg

Fil-Greċja – ħaddiema tat-tifi tan-nar jiġġieldu kontra nirien fil-foresti viċin villaġġ...

L-awtoritajiet qalu li kellhom jevakwaw żona residenzjali hekk kif in-nirien, li qed jeqirdu s-siġar tal-arżnu, waslu viċin kamp militari fejn jinħażnu armi splussivi.

L-eroj Ġermaniżi tal-Covid-19 l-ewwel vjaġġaturi fil-gżejjer Griegi

Il-passiġġieri, li libsu maskri hekk kif niżlu mit-taraġ tal-ajruplan qalu li kienu kuntenti li setgħu jivvjaġġaw lejn il-Greċja. Huma ġew ittestjati bi prekawzjoni għall-Covid-19.

Wara ġimgħat ta’ lockdown, il-Griegi lura bi ħġarhom fil-knejjes

Kien mument speċjali għal dawk kollha li ltaqgħu kmieni l-Ħadd filgħodu fil-bitħa tal-knisja hekk kif il-kant reliġjuż melodjuż tal-liturġija tal-Ħadd kien trasmess fuq loudspeakers biex jinstema’ wkoll isfel fil-port.

Il-Griegi joħorġu bi ħġarhom biex jaqtgħu xagħarhom u jixtru l-fjuri

Fil-Greċja, il-ħwienet tax-xagħar, tal-fjuri u tal-kotba reġgħu fetħu l-bibien tagħhom nhar it-Tnejn.