Tag: Għeruq

Jista’ l-arloġġ jitreġġa’ lura?

Is-sensiela Għeruq tkompli llum is-Sibt fit-3.30pm fuq l-istazzjon Xejk u se naraw kif il-fatt li Bennard jiksirha magħhom jinkwieta ħafna lil Doru. Dun Frans, il-kappillan, jindaħal biex jipprova jsewwi l-ħsara. Minbarra l-inkwiet fuq Bennard, Doru jkollu wkoll l-inkwiet ta’ bintu Karen.

Aktar intriċċi f’Għeruq

Dan mhux biss ħammeġ isem Joseph imma jasal jgħid li kienet biċċa xogħol tal-familja. F’waqt bħal dak, meta iben Bennard ikun suspettat, min itihom xi forma ta’ għajnuna jkollhom bżonn, u mhux min imur ixerred xniegħat dwarhom.

X’se jiġi żvelat aktar f’Għeruq?

Waqt is-sitt episodju mis-sensiela Għeruq li jixxandar illum is-Sibt fit-3.30pm fuq l-istazzjon Xejk se naraw min ta dik ix-xebgħa lil Ġammri. Għaliex? Xi skop kien hemm wara xebgħa bħal dik? Tgħid bi tpattija għar-rimarka li kien għadda meta ra lill-Avukat Sciberras? Jew forsi kien hemm xi skopijiet ohra? U xi jsir minn Ġammri wara xebgħa bhal dik?

Jiżvela sigriet li żamm mistur tul ħajtu kollha

Bennard jistqarr ma’ martu li kellu kuġin l-Imdina, kuġin nobbli. Ikollu wkoll jiżvela s-sigriet li żamm mistur tul ħajtu kollha, li hu kien is-sid ta’ dawk l-għelieqi kollha. Jistqarr ix-xewqa tiegħu li ħadd ma jsir jaf b’dan kollu. Ikun jixtieq li dik l-art tibqa’ kif kien jafha hu fi tfulitu, kif kien qal meta kien għadu ċkejken, li qatt m’hi se tagħmel wisa’ għad-djar u vilel.

Għalfejn il-bdiewa jinħakmu minn biża’?

Fl-episodju tal-lum inkomplu nsegwu dak li għadda minnu Bennard fi tfulitu. Feliċ imur fil-palazz ta’ DeGiovanni biex jgħarrafhom li kien se jieħu b’martu lil Marjanna, iżda hemm jiltaqa’ mal-qaddejja. X’jiġri wara dik iż-żjara? Niġu għal żminijietna: Bennard raġel ta’ ħamsa u sittin sena… jgħix hajja ta’ bidwi, meqjus bħala raġel fuq l-irġiel u ta’ kelma minn sħabu l-bdiewa.

Illejla: Kurżitajiet dwar is-sensiela Għeruq

Id-disa' programm mis-sensiela Teleserje ppreżentat minn Stephanie Chircop se jixxandar illejla fid-9pm fuq l-istazzjon Net u se jkun qed jitratta s-soap opera Maltija Għeruq,...