Tag: Għajnuna Finanzjarja

Għajnuna ta’ €4.5m għal skejjel indipendenti minħabba l-Covid-19

L-iskejjel indipendenti se jkunu qegħdin jirċievu għajnuna ta’ €4.5 miljun bejniethom biex ikopru parti mill-ispejjeż li saru marbutin mal-pandemija tal-Covid-19.

L-MBAA tistenna kjarifika dwar il-pakkett ta’ għajnuna finanzjarja

L-Assoċjazzjoni Maltija tan-Negozju tal-Avjazzjoni (MBAA) qalet li kkuntattjat lill-Ministru għat-Trasport Ian Borg, lill-Ministru għall-Ekonomija Silvio Schembri u lid-Direttorat tal-Avjazzjoni Ċivili fi ħdan Transport Malta kemm-il darba, sabiex tikkjarifika jekk il-membri tagħha jistgħux jingħataw l-għajnuna mogħtija mill-Gvern.

17-il sodda oħra għal tfal fil-bżonn

Ġie ffirmat ftehim ta’ finanzjament bejn il-Gvern u s-Salesjani ta’ Don Bosco. Dan il-ftehim jiggarantixxi finanzjament ta’ €720,000 fuq medda ta’ tliet snin.Ma’ Newsbook.com.mt,...

€300,000 fondi għall-NGOs

3 organizzazzjonijiet volontarji ffirmaw ftehim sabiex jirċievu total ta’ €35,000 kull wieħed mill-Fond ta’ Kofinanzjament għall-Għaqdiet Volontarji.Dan wara li dawn l-organizzazzjonijiet applikaw b’suċċess jew...

Il-benefiċċji soċjali mhumiex biżżejjed

Il-Forum Kontra l-Faqar qal li riċerka li saret bħala parti minn studju Ewropew, turi li l-iskemi ta’ dħul minimu fil-pajjiż mhumiex biżżejjed biex jiggarantixxu livell dinjituż ta’ għajxien.

€9 miljun f’għajnuna finanzjarja lill-familji li għandhom dħul baxx

Il-Ministru Farrugia ħabbar ukoll li ċ-children's allowance se tibda’ tingħata f’allokazzjoni sħiħa fil-bidu tas-sena skolastika aktar tard dan ix-xahar.

€125 miljun għall-bdiewa li baqgħu bil-prodotti f’wiċċhom

Il-Kummissjoni Ewropea ħabbret li se tagħti għajnuna finanzjarja ta’ €125 miljun għall-bdiewa li jkabbru l-frott u l-ħxejjex u li ġew milquta mill-projbizzjoni tar-Russja ta’ ikel impurtat mill-pajjiżi tal-Punent

L-UE tgħin lill-banek tal-Bulgarija

Il-Kummissjoni Ewropea approvat it-talba tal-Bulgarija biex l-Unjoni Ewropa tipprovdi finanzjament għal uħud mill-ikbar banek fil-pajjiż.

Bżonn ta’ għajnuna finanzjarja lil-LSAs Maltin li jistudjaw Għawdex – GUG

Il-Grupp Universitarji Għawdxin jappella bil-qawwa lil-LSAs Maltin biex ikomplu l-kors tagħhom f’Għawdex u biex jinsistu biex jirċievu trattament adekwat waqt li jkunu qed isegwu dan il-kors.