Tag: Gary Neville

Filmat: “Għandi demm Malti” – Jamie Carragher

Il-viċi-kap ta’ Liverpool u t-tieni l-iktar plejer li ilu jservi fil-klabb, Jamie Carragher jikkospita wieħed mill-aktar programmi popolari ta’ Sky Sports flimkien ma’ Gary Neville. Carragher u Neville tfaħħru għall-analiżi tagħhom, bir-rivalità ta’ bejniethom iżżid mal-personalitajiet tagħhom waqt il-programm.

Filmat: “Malta għandha post speċjali f’qalbi” – Ryan Giggs

Giggs huwa t-tieni sportive internazzjonali li din il-ġimgħa wassal messaġġ lil Maltin. Qabblu kelna wkoll messaġġ minn Gary Neville.

Filmat: “L-ewwel pajjiż li nżur se jkun Malta” – Gary Neville

Fil-filmat li tpoġġa fuq il-paġna ta' Facebook Malta Flimkien, Neville qasam il-memorji tiegħu dwar iż-żmien tiegħu f'Malta matul is-snin u qal li Malta se tkun l-ewwel post fejn iżur wara li dan kollu jintemm.

Ara għaliex kien qed jiċċelebra Gary Neville

It-tama ta’ Liverpool li jirbħu l-Premier League mingħajr telfa sfaxxat wara li tilfu bl-iskor ta’ 3-0 kontra Watford. Gary Neville, l-eks plejer ta’ Manchester United kien fost tal-ewwel li fetaħ iċ-ċelebrazzjonijiet. Il-leġġenda ta’ Manchester United deher ferħan se jtir b’dak li ġara ġewwa Vicarage Road. Għal din l-aħbar Neville tella’ vidjow fuq Twitter fejn deher qed jiftaħ flixkun xampanja.