Tag: Game Over

Jerġgħu jinkixfu l-borom f’Gameover

Robert, miżżewweġ lil Elaine, u flimkien għandhom lil Maya. Din hija l-familja li magħha ser iddur l-istorja tagħna. X'sigrieti hemm jinħmew wara kull karattru? X'sorpriżi ħa jlaqqgħuna magħhom? F'dan l-episodju se jibdew jinkixfu l-borom!

“Kieku mmur lura fiż-żmien, nerġa’ niżżewġek mill-ġdid” – Glen lil Claire

Glen, li narawh f'sensiliet lokali bħal Division 7 u Game Over, f'messaġġ li kiteb fuq il-paġna tiegħu ddeskriva lil Claire bħala persuna tal-għaġeb.

Robert se jirnexxielu jsalva ż-żwieġ tiegħu?

Robert se jipprova l-aħħar karta biex jirbaħ lura qalb martu billi offrielha li jmorru safra meta u fejn trid hi. Se jaslu jmorru din is-safra flimkien? Maya se jirnexxielha tara lill-ommha u missierha maqgħudin bħal ma kienu qabel?

X’se jiġri bejn Elaine u Robert?

Elaine tidher li għandha konfużjoni ġo fiha fejn jidħlu sentimenti għax ma’ ommha qed tiftaħ qalbha. Fl-aħħar mill-aħħar lil Robert xorta għadha ma neħħitux minn qalbha. X'se jiġri?

Trid tidher f’Game Over?

Is-sejħa qed issir lil dawk li għandhom minn 18-il sena 'l fuq u l-ġbid se sjir nhar it-Tlieta 28 ta' Jannar mill-5pm 'l quddiem. Din se tkun xena li se tiżvolġi fi klabb.

Filmat: “Ħafna nies qed isofru fis-silenzju”

“Il-karattri li ninterpretaw f’Game Over huma fittizji iżda sfortunatment huma reali” ifakkruna Sinclair Mifsud, Glen Callus u Carlos Farrugia li għal dan il-filmat ingħaqdet ukoll magħhom Louise Doneo, protagonista ta’ Elf Metodu, fejn il-karattru tagħha, dak ta’ Karen, isofru minn forma ta’ abbuż mentali minn żewġha.

Aħna l-Maltin u t-Teatru

Minbarra l-mużika live u d-divertiment, l-ingredjenti ewlenin wara s-suċċess tal-programm, attrazzjoni ġdida minn dan l-istaġun hija d-diskussjoni ‘Aħna l-Maltin’. Din il-ġimgħa l-panel ta’ personalitajiet se jiddiskuti kif aħna l-Maltin inħarsu lejn il-produzzjonijiet teatrali. Illum jitħabbru wkoll l-ismijiet tal-kantanti li għaddew għat-tieni fażi ta’ The Entertainers Singing Challenge.