Mit-12 ta’ Mejju li ġej tista’ ssiefer minn Malta lejn Dubaj direttament. Dan ħabbritu l-kumpanija flydubai li fissret li se jkun hemm titjiriet erba’ darbiet fil-ġimgħa. Darbtejn minnhom it-titjira tieqaf Katanja filwaqt li d-darbtejn l-oħra se tkun diretta lejn Dubaj.