Tag: Futsal

It-tim Malti tal-Futsal fl-azzjoni minn għada

Il-coach Malti tal-futsal Zeljko Anicic ħabbar l-14-il plejer li ntagħżlu għat-turnew minn Grupp Ċ tal-UEFA Futsal EURO 2022. It-turnew se jkun qed jintlagħab ġewwa l-iskola nazzjonali tal-isport f’Pembroke bejn l-Erbgħa u s-Sibt. Malta se tkun qed tilgħab kontra l-Greċja, l-Polonja u l-Iżvezja.

Ritratti: It-tim Malti għaddej bil-preparamenti għall-UEFA Futsal 2022

It-tim nazzjonali Malti tal-futsal kellu wirja tajba fl-ewwel logħba ta’ ħbiberija minn tnejn kontra l-Bulgarija. Il-Maltin spiċċaw f’parità ta’ 2-2 kontra l-Bulgari, li huma klasifikati fil-95 post fir-ranking dinji tal-futsal.

Luxol iżommu r-ritmu tar-rebħ għaddej

Luxol rnexxielhom jiksbu l-21 rebħa konsekuttiva.

2 gowls biżżejjed għar-rebħa ta’ Valletta

Mill-kampjonat tal-Elite, Luxol u Valletta komplew jinqatgħu għalihom fin-naħa ta’ fuq.

Luxol jiksbu rebħa oħra, din id-darba kontra Swieqi United

Luxol kisbu rebħa oħra fl-aħħar konfront li kellhom mill-kampjonat Elite. Huma lagħbu kontra Swieqi United u rebħulhom bl-iskor kbir ta’ 12-2.

Futsal: Luxol jinqatgħu għalihom fil-quċċata

Intlagħab il-konfront dirett bejn Valletta u Luxol. Logħba li offriet spettaklu lid-dilettanti kollha tal-futsal, b’rebħa ta’ 6-4 għal Luxol li poġġiethom waħedhom fil-quċċata.

Luxol u Valletta fil-quċċata tal-Kampjonat Elite tal-futsal

Valletta FC Futsal baqgħu fil-quċċata wara li l-Erbgħa filgħaxija kellhom taqtigħa tajba fir-rebħa ta’ 3-1 kontra t-tim tal-Università ta’ Malta.

Luxol futsal isibu għadma iebsa fil-Futsal Champions League

Tul il-ġimgħa t-tim ta’ Luxol St. Andrews kien impenjat fi Grupp 5 tar-Rawnd Prinċipali tal-UEFA Futsal Champions League, fejn sfortunatament ma kiseb l-ebda punt.

Jiftaħ il-Kampjonat Elite tal-futsal

Ftit jiem biss wara l-finali tas-Super Cup mirbuħa minn Valletta FC Futsal kontra Luxol, l-istess żewġ timijiet iltaqgħu għall-ewwel logħba tal-Kampjonat Elite.

Valletta FC Futsal jirbħu l-finali tas-Super Cup

Valletta FC Futsal rebħu l-finali tas-Super Cup. Huma għelbu lil Luxol St Andrews Futsal bl-iskor ta’ 7-3.Din is-sena Valletta trasformaw...