Tag: Funeral

Filmat: Dun Agius jibqa’ mfakkar għall-imħabba tiegħu għat-tagħlim – L-Arċisqof

L-Arċisqof Charles Scicluna sostna li Dun Alfred Agius se jibqa’ mfakkar fost l-oħrajn għall-imħabba li kellu għat-tagħlim u għat-tixrid tal-kelma ta’ Alla. Hu qal dan fil-funeral tal-qassis li sar propju llum waranofsinhar.

Funeral mill-Istat għal Prof. Oliver Friggieri

Il-Professur Oliveri Friggieri se jkun qed jingħata l-aħħar tislima permezz ta’ funeral li se jiġi organizzat mill-Istat. Dan tħabbar fi stqarrija mill-Gvern illum waranofsinhar.

“Renald kien kapaċi jħares lejn kull wiċċ mingħajr ma jħares lejn...

Propju llum qed tingħata l-aħħar tislima lis-Sindku Renald Falzon wara li dan miet kawża tal-coronavirus fl-età ta' 46 sena.

Vittmi tal-COVID-19 qed jitpoġġew f’borża minħabba riskji – Fearne

Dettalji fuq il-funerali ta' vittmi tal-Covid-19

“‘Grazzi’ – il-kelma li qatt ma ddejjaq jgħid Fr Lino”

Grazzi kienet il-kelma li Fr Lino Cardona kien inissel ħafna drabi għax kien bniedem li jaf japprezza lil kulħadd u kollox. Hekk ġie deskritt Fr Lino fl-Omelija tal-quddiesa li fiha ngħata l-aħħar tislima.

Titħabbar id-data tal-funeral ta’ Patri Victor

Patri Enriquez tilef ħajtu l-Erbgħa li għadda wara li sab ruħu f’diffikultà waqt li kien qiegħed jgħum.

“Lorraine minn dejjem xtaqet li fil-funeral tagħha ma jintlibisx iswed”

Fuq il-midja soċjali llum ma waqfux il-messaġġi ta' kondoljanzi lil Mario Frendo minn Birżebbuġa għat-telfa tal-mara tiegħu Lorraine fil-jum tal-bieraħ, li kien jaħbat l-anniversarju tas-27 sena mit-tieġ tagħhom. Huma fil-fatt kienu żżewwġu fl-4 ta' Ġunju tal-1993.

Fuq 103: Il-funeral fi żmien il-Covid-19

Rev. Kan. Brendan Gatt isellem il-memorja ta' Mons. Arthur Said Pullicino. Se jkollna wkoll l-opportunità li niddiskutu d-diffikultajiet li l-miżuri li qed jiġu introdotti minħabba l-Covid-19 biex persuna tagħti l-aħħar tislima lill-maħbubin tagħha.

Filmati u Ritratti: “Miriam issa għandha dar li ma jġarrafha ħadd”...

Bħalissa qed isir il-funeral ta' Miriam Pace fil-Belt Valletta. Il-funeral qed jitmexxa mill-Arċisqof Charles Scicluna.