Tag: Frott

Il-banana tinsab fil-periklu

Il-fungus hu msejjaħ TR4 u ħareġ l-ewwel fil-Panama. Ix-xjenzat Olandiż Harold Meijer mill-Università ta’ Wageningen sab mod kif jirbaħ lil dan il-fungus tal-ħamrija billi kabbar il-banana mhux fil-ħamrija imma fil-materjal imsejjaħ rockwool li jintuża fil-pajjiżi fil-punent tal-Ewropa biex jinsulaw id-djar.

Post ġdid għall-ħażna tal-frott u l-ħxejjex f’Għawdex

Il-bdiewa Għawdxin se jkollhom faċilità ġdida u moderna fejn jaħżnu l-kaxxi tal-frott u l-ħxejjex fil-pitkalija tal-Ministeru għal Għawdex. Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana qalet...

Iktar frawli u inqas patata

Il-frawli huwa l-iktar frott li żied fil-produzzjoni lokali matul is-sena l-oħra, filwaqt li kien hemm tnaqqis drastiku fuq il-kwantità ta’ patata li ġiet prodotta...

Għaliex għandek tiekol banana kuljum?

Il-frotta tal-banana hija l-verżjoni naturali tal-ħelu. Minħabba li l-banana hija frotta ħelwa, tista’ tagħmel anke bosta deżerti biha li jkunu aktar sustanzjużi minn dawk...

Xjentisti jiżvelaw “id-dieta ideali” għall-bnedmin u għad-dinja

Xjentisti żvelaw dak li qed jgħidu hija d-dieta ideali għas-saħħa tad-dinja u l-bnedmin li jgħixu fiha, inkluż li jiżdied bid-doppju l-konsum tal-ġewż u frott...

Aġġornata: Jinżammu arrestati dawk li ħbew id-droga fil-frott

Illum tressqu l-Qorti ż-żewġ Sqallin u Malti li ġew arrestati wara li nqabdu jippruvaw jittraffikaw il-kannabis moħbija qalb il-bettieħ u d-dulliegħ, u se jinżammu...

​Iktar frott u ħaxix bejn Ottubru u Diċembru

Bejn Ottubru u Diċembru li għaddew l-għelieqi Maltin ipproduċew 2.8% iktar volum ta’ frott u ħaxix li ġabu 9.9% iktar valur mill-istess tliet xhur tal-2013.

Mijiet iżuru l-festa taċ-ċitru fil-Palazz ta’ San Anton

Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca kienet sodisfatta ħafna bin-numru ta’ nies li żaru l-Palazz tal-President matul din il-ġurnata.

Tonqos bi ftit il-produzzjoni ta’ frott u ħaxix fis-sajf

Bejn Lulju u Settembru, il-gżejjer Maltin ipproduċew b’0.6% inqas frott u ħaxix mill-istess tliet xhur tas-sena li għaddiet.

143,000 tunnellata ta’ prodotti agrikoli fis-sena

Malta tipproduċi b’medja ta’ 143,000 tunnellata fis-sena ta’ prodotti agrikoli għalkemm timporta ħafna iktar milli tesporta.