Tag: Fostering

“Qisu wieħed minn tagħna”

Newsbook.com.mt tkellem ma’ Nikol u Mary Baldacchino – koppja li ddeċidew li jiftħu l-bibien tagħhom għal ulied ħaddieħor minkejja li diġà għandhom tliet ulied tagħhom – u erba’ neputijiet. Jiddeskrivu kif bdiet l-esperjenza tagħhom tal-fostering, għalfejn it-taħriġ huwa neċessarju u x’jinvolvi eżattament il-fostering. Huma jemfasizzaw l-importanza tal-appoġġ f’dan il-proċess u kif il-fostered child jasal biex isir ħaġa waħda mal-bqija tal-familja.

600 minuri qed jiġu fostered

Sal-aħħar tas-sena l-oħra kien hemm madwar 600 minuri li kienu qed jingħataw post ta’ ħarsien alternattiv. Dan tħabbar minn Alfred Grixti, il-Kap...

It-tfal għandhom dritt jgħixu f’ambjent stabbli – Assoċjazzjoni tal-Foster Care

L-Assoċċjazzjoni Nazzjonali Maltija tal-Foster Care (NFCAM) fl-okkażjoni tal-Jum Internazzjonali tal-Protezzjoni tat-Tfal fi stqarrija qalet li tixtieq tenfasizza l-importanza li t-tfal jitrabbew u jikbru fl-imħabba...

​444 tifel u tifla fi djar tat-tfal jew fostering

Ftit iktar min-nofs f'fostering

70 sett ta’ aħwa fi djar tat-tfal jew foster care mifruda

​Skont informazzjoni li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra tar-Rappreżentanti mill-Ministru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali Michael Farrugia, preżentement 70 sett ta’ aħwa li jinsabu f’out of home care jinsabu mifrudin minn xulxin.

​Rolé żamm postu mhux minħabba pressjoni – Michael Farrugia

John Rolé, li ġimgħatejn ilu tneħħa mbagħad reġa’ ġġie kkonfermat bħala kap tas-servizzi tal-fostering, reġa’ ngħata l-kariga tiegħu mhux minħabba “xi forma ta’ pressjoni” imma għax il-Ministru responsabbli mill-politika soċjali ma kienx qabel mad-deċiżjoni amministrattiva li kienet ittieħdet.

Tfal fosterjati jitkellmu mal-ġenituri b’ittri, imejls u ritratti

F’każi fejn tfal fosterjati ma jistgħux jagħmlu kuntatt fiżiku mal-ġenituri naturali, l-aċċess isir permezz ta’ ittri, imejls u ritratti.

Awdjo: “Tiltaqa’ mal-ġenituri naturali u tibda xxarrab is-sodda u ma tikolx”

Omm ta’ 37 sena li tiffosterja tifla tgħid li tinnota mġiba differenti fit-tifla wara li tiltaqa’ mal-ġenituri naturali tagħha.

Omm tammetti li kienet kompliċi fil-ħruq ta’ bieb ta’ residenza

Omm ta’ 29 sena minn Birkirkara ammettiet li kienet kompliċi biex ingħata n-nar lill-bieb ta’ barra ta’ residenza fejn joqgħodu l-ġenituri li magħhom tgħix bintha.

​Iktar minn 200 tifel u tifla ffosterjati

L-għan tal-fostering hu li jipprovdi ambjent ta’ familja lil dawk it-tfal li għal xi raġuni jew oħra ma jistgħux jgħixu mal-ġenituri naturali tagħhom.