Tag: Foreign

Arrestati żewġ suspettati oħra b’rabta mal-qtil tas-suldat Ingliż

Il-Pulizija Ingliża kkonfermat li arrestat żewġ suspettati oħra b’rabta mal-qtil kiesaħ u biered ta’ suldat Ingliż li sar aktar kmieni din il-ġimgħa.

Rebbieħ ta’ żewġ midalji olimpiċi jitlef ħajtu fuq il-baħar

L-Ingliż Andrew Simpson, rebbieħ ta’ żewġ midalji olimpiċi, tilef ħajtu waqt li kien qed jitħarreġ għall-America’s Cup.

Inqas minn 1% tal-Pakistani jħallsu t-taxxa

Membri Parlamentari qalu li ma jagħmilx sens li ċ-ċittadini tar-Renju Unit qed iħallsu għall-edukazzjoni ta’ tfal pakistani meta lanqas il-kbarat Pakistani m’huma jagħmlu dan.

Voluntiera f’zoo tispiċċa vittma ta’ iljun

F’zoo f'Kalifornja, voluntiera daħlet għall-aħħar darba ġo gaġġa tal-iljuni u ma ħarġitx aktar, wara li dar għaliha iljun ta’ tip Afrikan.

Fil-Pakistan tal-anqas 63 persuna jmutu fi splużjoni f’suq

Dan kien it-tieni attakk f’dawn l-aħħar ħames ġimgħat fi Quetta fejn igħixu l-komunità Hazara

Jibdew jinstemaw ix-xhieda fil-każ tal-‘gang rape’ fl-Indja

Huma ħamsa l-irġiel li jinsabu akkużati, lkoll kemm huma wieġbu li mhux ħatja. Jekk jinsabu ħatja, jistgħu anke jeħlu s-sentenza tal-mewt.

4 sigħat maqbuda fi spazju ta’ 30 ċentimetru

Dan wara li kienet mixja fuq soqfa tad-djar u waqat f’dan l-ispazju li kien jinsab bejn żewġ binjiet.

L-inqas bejgħ ta’ karozzi f’dawn l-aħħar 17-il sena

Osservaturi qed jgħidu li din is-sena ukoll hemm possibilta kbira li jkun hemm inqas bejgħ fis-suq Ewropew.

L-Awstraljani b’oriġini Indjani?

Skond dan l-istudju, 4 t’elef sena ilu kien hemm mewġ ta’ immigrazzjoni mill-Indja għal dan il-kontinent.

Miċħuda x-xniegħat li l-Prinċep William se jkollu tewmin

It-tarbija tal-Prinċep William u d-Dukessa ta’ Cambridge, mistennija li titwieled f’Lulju li ġej.