Tag: Film

Film dwar pjan biex jinqatel Dom Mintoff

Bonnici diġà pproduċa u dderieġi films oħra li nterew ukoll barra minn Malta. Fost dawn, taħt l-awspiċi ta’ Sajjetta Productions is-sena l-oħra, ħa ħsieb jaħdem estratt minn novella li fiha ħadu sehem bosta atturi li se jaħdmu fil-film. Dan l-estratt se jidher fis-sensiela ‘Storja ta’ Storja’ fuq TVM aktar tard din is-sena.

Film maħdum f’Malta mil-lum fuq Netflix

Ix-xeni maħduma f’Malta kienu dawk li suppost kienu qed isiru f’Tel Aviv, f’Bejrut, f’Cipru u Ateni. Il-lokalitajiet fejn sar il-filming kien jinkludi l-Ajruport internazzjonali ta’ Malta, Buġibba (għax-xena ta’ Ċipru), Marsaxlokk (għax-xena ta’ Ateni), Rabat (għax-xena ta’ quddiem il-kafetterija f’Ruma fejn iseħħ l-ewwel qtil), Sliema (għax-xena ta’ fuq il-promenade f’Tel Aviv), il-Belt Valletta (għal barra ta’ kaffetterija f’Ruma) u l-Birgu.

Film maħdum f’Malta dwar il-ħajja ta’ Ġesù

Dan il-film Jesus tal-1999 kien inħadem fil-Marokk u f'Malta u fil-partijiet ewlenin jaħdmu Jeremy Sisto, Jacqueline Bisset u Debra Messing (Will & Grace). Jidhru wkoll Luca Zingaretti, Elena Sofia Ricci, Stefania Rocca, Gabriella Pession, Luca Barbareschi u Claudia Amendola, kif ukoll Jeroen Krabbe` bħala Satana u Gary Oldman bħala Pilatu.

Film maħdum f’Malta dwar Sawl ta’ Tarsu

Il-film Bibliku li jagħti l-ħajja lil wieħed mill-aktar figuri importanti tal-Kristjaneżmu: Sawl ta’ Tarsu. Bħala mexxej dedikat biex jiddefendi t-twemmin li trabba fih, Sawl jiġġieled għall-fidi u t-tradizzjonijiet tiegħu kontra dawk li kienu qed isusu wara t-tagħlim ta’ Ġesù Kristu.

Il-ħajja ta’ Schumacher f’dokumentarju: posposta t-tnedija

Dokumentarju li hu bbażat fuq ħajjet Michael Schumacher ġie pposponat minħabba li min qed jieħu ħsieb il-produzzjoni għandu bżonn aktar ħin biex jaħdem fuq...

Ġbid film Rinella: ‘Extras maħqura’; ‘Mhux vera’

“Persuna waħda għandha xi ħaġa kontra din il-produzzjoni”

Tixtieq taddatta ktieb għaċ-ċinema?

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qed iniedi l-ewwel sejħa għal applikazzjonijiet għall-Fond għall-Addattament Ċinematografiku, maħsub biex jippromwovi aktar ix-xogħlijiet letterarji Maltin billi jappoġġja l-produzzjoni ta’ addattament...

Tal-ħwienet jistennew bejgħ qawwi b’Toy Story

F’dawn il-jiem, tfal (u mhux biss!) se jkunu ċertament qed jistennew bil-ħerqa r-ritorn ta’ Toy Story – ir-raba’ film – fis-swali taċ-ċinema madwar id-dinja,...

Filmat: “Tgħallimt nuża kamera”; 10 itfal jagħmlu film

Jade Cutajar, waħda mit-tfal parteċipanti li għandha 10 snin, qasmet l-esperjenza tagħha fil-proġett Bringing Creativity to Life ma' Newsbook.com.mt. Qalet li kien permezz ta' din il-fondazzjoni...

Filmat: Jitħarrġu fil-midja bil-kalzetti u l-buttuni

Xi tfal bdew jitħarrġu fil-midja fil-ħafna oqsma tagħha bħan-narrazzjoni u l-ġbid tal-filmati grazzi għall-Fondazzjoni Karl Vella, permezz tal-programm Bringing Creativity to Life.F'dan il-programm, it-tfal...