Tag: Fattigi

Ritratti: Fattigi se jkompli … u bil-kbir!

X’qed nistennew minn Fattigi fit-tielet staġun? "Aktar stejjer ħelwin, karattri ġodda, settijiet ġodda iżda fuq kollox sorpriżi li ħadd ma stenna li se jiġru,” żvela magħna Bryan Muscat. Tlabnieh jgħidilna iżjed, iżda ħeġġiġna biex naraw it-tielet staġun għax hu mhux se jikxef!

Filmat: L-aħħar episodju ta’ Fattigi

Laurence jibqa’ jmur ghall-ahjar. Maurizio jerga’ jigi mgħajjat l-għassa mill-ispettur Axisa. Mandy ma’ tibqax tgħix ma’ Catherine u Francis minħabba t-tarbija.

Filmat:L-operat tal-Istitut miexi sew?

Emily tirċieva r-riżultat tad-DNA. Tgħid Gregory jigi n-neputi tagħha?

Filmat: Tgħid Jonathan se jirnexxielu joħroġ mill-kriżi finanzjarja?

Francis tirrakonta lil Mandy li waqt li kienu holiday hi u Mark, Samantha tilfet it-tarbija. Catherine tiltaqa’ mas-Surgent Axisa fuq speċi ta’ date. Jonathan jipprova jsib soluzzjoni tal-kriżi finanzjarja mal-avukat il-ġdid tieghu. Maryanne titkellem ma’ Mark dwar il-boyfriend il-ġdid li għandha.

Filmat: Għalfejn Maurizio se jmur għand is-Surġent?

Lil Francis se narawha tħossha kburija bil-pożizzjoni ġdida li għandha titkellem ma’ Bertu dwar x’qed jiġri fil-home.

Filmat: X’inhu l-futur tal-Istitut?

Catherine se taffaċċja lil Maurizio u toffrilu proposta dwar il-futur tal-Istitut. Francis tieħu pjaċir tisma’ lil Catherine taqra l-ittri li omm Catherine kienet kitbet lil Oliver.

Filmat: X’għandu f’moħħu Jonathan?

Fattigi jixxandar illejla fid-8.45pm fuq l-istazzjon Net.

Filmat: Margerita titlob biex tiltaqa’ ma’ binha

Catherine u Mandy jiltaqgħ b’kumbinazzjoni. X’se tkun ir-reazzjoni tagħhom? X’se jiġri? Bertu jsib lil Maurizio jċanfar lil Francis u dan jaqbeż għaliha. Maryanne tkompli toħroġ filgħaxija u tinjora lil żewġha Jonathan.

Jitlesta l-filming kollu ta’ Fattigi

Intant, minn informazzjoni li ksibna jidher li hemm madwar 4 puntati oħra mis-sensiela F'Ġieħ l-Imħabba li fadlilhom x'jintwerew u madwar erba' ġimgħat episodji tas-serje ta' kuljum tas-sensiela Sorelle, filwaqt li għad ma hemmx data meta se jibdew il-puntati l-ġodda ta' Ħbieb u Għedewwa li minnha ġew diġà ffilmati madwar 70 puntata.

Filmat: X’inhi l-missjoni ta’ Suor Theresa?

Catherine tħossha aħjar issa li raqdet raqda tajba, u fasslet pjan. Mandy tikkonfronta lil missierha dwar is-sejba tar-ritratti li għandu ta’ Catherine. Mark ikollu jgħid lil Mandy li qed jgħix fil-karozza. Maurizio qed iħossu imdejjaq ħafna b’ħajtu bħalissa. Axisa jinterroga lil Victor. Sor Theresa fuq missjoni… X’inhi tagħmel?