Tag: Farrugia Sacco

Lino Farrugia Sacco jagħlaq sninu…jevita t-tneħħija minn Imħallef

L-Imħallef Lino Farrugia Sacco minn għada se jirtira bl-età hekk kif se jagħlaq 65 sena. Dan ifisser li evita l-mozzjoni ta’ tneħħija minn fuq il-bank tal-ġudikatura kif ukoll li se jkun qed jieħu l-pensjoni kollha ta’ Imħallef Emeritu.

Il-Qorti tiddeċiedi li d-drittijiet ta’ Farrugia Sacco ma ġewx miksura

Il-Qorti Ċivili ddeċidiet li ma kinux miksura d-drittijiet tal-Imħallef Lino Farrugia Sacco dwar smiegħ xieraq biex jitneħħa minn Imħallef.

L-Ispeaker jikteb lill-Imħallef Farrugia Sacco

L-Ispeaker Anġlu Farrugia poġġa fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-ittra li hu bagħat lill-Imħallef Lino Farrugia Sacco wara l-laqgħa tal-Kumitat dwar l-Affarijiet tal-Kamra llum waranofsinhar.

Il-mozzjoni ta’ Impeachment se tiskatta mil-lum

Il-mozzjoni l-ġdida ta’ Impeachment tal-Imħallef Lino Farrugia Sacco se tiskatta mil-lum wara li l-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti Anġlu Farrugia jdaħħalha fil-“motion book”, jinforma lill-istess Imħallef li jkun mistenni jwieġeb lura, u b’hekk il-mozzjoni l-ġdida tkun pubblika u tkun bdiet miexja.

Mozzjoni ġdida ta’ impeachment fil-konfront tal-Imħallef Farrugia Sacco

Il-Prim Ministru Joseph Muscat ilbieraħ filgħaxija ressaq mozzjoni oħra ta’ impeachment fil-konfront tal-Imħallef Lino Farrugia Sacco fid-dawl tar-ruling li ta l-Ispeaker tal-Kamra Dr Anglu Farrugia.

L-Ispeaker: Il-Parlament mhux se jkompli jisma’ l-każ ta’ impeachment

Il-Parlament mhux se jkompli jisma’ l-każ ta’ impeachment tal-Imħallef Lino Farrugia Sacco u dan minħabba li l-mozzjoni għat-tneħħija tal-Imħallef qatt ma ġiet diskussa fil-Parlament meta ġiet ippreżentata, għaliex ftit biss wara li tressqet il-Parlament kien ġie xolt.

L-Imħallef Farrugia Sacco ħati ta’ imġiba mhux xierqa

Hu rrappurtat li d-deċizzjoni tal-kummissjoni m’għandhiex x’taqsam mal-kontroversja dwar il-bejgħ ta’ biljetti għall-Olimpjadi.

Farrugia Sacco mhux se jibqa’ President tal-Kumitat Olimpiku Malti

L-imħallef kien jinsab f’nofs kontroversja wara allegat każ ta’ korruzzjoni fil-bejgħ ta’ biljetti tal-logħob Olimpiku.

Jiġi pospost il-każ tal-Imħallef Farrugia Sacco

Il-każ kostituzzjonali mill-Imħallef Lino Farrugia Sacco kien diferit fil-jum tal-Ġimgħa, wara talba mill-avukati tal-Gvern.