Tag: Faċilità Korrettiva Ta’ Kordin

Minkejja li tgħid il-liġi, il-ħabs bla Bord ta’ Governanza

Sorsi infurmati qalu ma’ Newsbook.com.mt li huma l-professjonisti li jifhmu fis-suġġett u li suppost qegħdin fuq dan il-Bord, li għandhom imexxu l-ħabs, u mhux fi kliemhom “pilota u amministratur fl-agrikoltura, li qed imexxu aġenzija daqstant sensittiva u rijabilitattiva”, b’referenza għad-Direttur tal-Ħabs u ċ-Chief Operations Officer tal-Faċilità rispettivament.

Il-priġunieri żgħażagħ mhux għall-Kordin – Il-Ministru Camilleri

Byron Camilleri qal li sakemm ma jkunx hemm xi ħaġa eċċezzjonali, m’hemm l-ebda pjanijiet li ż-żgħażagħ li bħalissa jinsabu l-CoRRS imorru fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.

Filmat: Priġunieri b’riskju għoli ta’ suwiċidju ‘ma jistgħux jitħallew weħidhom’ –...

Priġunieri ma jistgħux jitħallew weħidhom f’ċirkostanzi li jindikaw li hemm riskju għoli ta’ suwiċidju, skont il-kriminologa Sandra Scicluna.

Filmat: “Min ipatti għal għemilu l-ħabs, m’għandux jibqa’ jpatti la joħroġ”

Persuna li spiċċat tiskonta sentenza ħabs wara li nstabet ħatja ta’ kriminalità m’għandhiex għalfejn tibqa’ tpatti għal għemilha meta toħroġ mill-ħabs. Dan qalu l-Professur Andrew Azzopardi, id-Dekan tal-Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà f’intervista ma’ Newsbook.com.mt wara l-mewt ta’ priġunier fil-ħabs is-Sibt li għadda.

Filmat: “Mhux kull kriminal għandu jintbagħat il-ħabs”

Filwaqt li jemmen li fil-pajjiż hawn bżonn ta’ ħabs, Prof. Andrew Azzopardi, id-Dekan tal-Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà, sostna li mhux kull min wettaq kriminalità għandu jiskonta sentenza l-ħabs għar-rijabilitazzjoni tiegħu.

“Rajthom deħlin xurbana l-ħabs billejl”; reazzjonijiet uffiċjali

Il-Ministeru jgħid li ma kienx hemm bżonn passi dixxiplinarji.

“B’pixxina mad-dar u ddispraw ġewwa, aħseb u ara priġunier li ħadulu...

Fi żmien meta f’Malta kien hawn il-lockdown parzjali u ħafna kienu qed jibqgħu d-dar, kien hemm għexieren ta’ persuni fosthom persuni li għandhom dar kbira, bil-pixxina u l-ġnien, li sostnew li qed jiddispraw ġewwa. Id-Dekan tal-Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà, Prof. Andrew Azzopardi, qal li meta wieħed li għandu kollox jiddispra, aħseb u ara priġunier li jgħix f’ċella fejn lanqas id-drittijiet bażiċi tiegħu m’huma qed jiġu rrispettati.

2 attentati ta’ suwiċidju fil-ħabs

Saret prassi wkoll li kull min jidħol il-ħabs jintbagħat ftit żmien f’din id-diviżjoni, “biex ikun daq il-ħabs”.

5 ħaddiema tal-ħabs pożittivi għall-coronavirus

Sal-lum saru 600 swab test fuq ħaddiema tal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi u priġunieri.

Gwardjan tal-ħabs jinstab pożittiv għall-coronavirus

Gwardjan tal-ħabs instab pożittiv għall-coronavirus. Dan kien ikkonfermat ma’ Newsbook.com.mt minn kelliema għall-Ministeru għall-Intern illum waranofsinhar.