Tag: FA Cup

United jgħaddu għall-kwarti tal-finali

L-impatt ta’ Wayne Rooney lanqas inħass meta kkumparat ma’ dak ta’ Odion Ighalo. United rebħu l-logħba b’mod komdu u ma tantx kellhom jitħabtu biex jiksbu riżultat pożittiv. Rooney li kien l-aqwa skorer għal United, instema ismu jidwi u jitkanta mall-grawnd kollu. Hu kien viċin li jiskurja darbtejn grazzi għal żewġ free-kicks.

Chelsea jegħlbu lil Liverpool fl-FA Cup

Chelsea avvanzaw għall-kwarti tal-finali tal-FA Cup wara li Liverpool tilfu kontrihom. Għal Liverpool din kienet it-tieni telfa konsekuttiva. Liverpool bdew il-logħba b’seba’ tibdiliet mil-logħba li b’sorpriża tilfu kontra Watford. Din kienet l-ewwel telfa għalihom fil-league wara li rnexxielhom jiksbu l-punti fit-18-il logħba ta’ qabel.

Arteta jgħid li ħa riskju li ħalla l-frott

Il-maniġer ta’ Arsenal Mikel Arteta qal li l-plejers iż-żgħar tal-klabb wrew il-kapaċità tagħhom wara li rnexxielhom jirbħu kontra t-tim ta’ League One Portsmouth. B’hekk Arsenal għaddew għall-kwarti tal-finali tal-FA Cup.

Gowl tard jieħu lil Spurs għall-5 rawnd tal-FA Cup

Tottenham issieltu ferm sakemm rebħu kontra Southampton. Il-logħba spiċċat bl-iskor ta’ 3-2 għal Tottenham. B’hekk għaddew għall-ħames rawnd tal-FA Cup kontra Norwich City. Spurs marru fuq quddiem grazzi għal Tanguy Ndombele li x-xutt tiegħu ġie żvijat għal ġol-lasta mid-difensur Jack Stephens. Iżda Shane Long malajr għamilhom 1-1. Danny Ings xxutja l-ballun u rnexxielu jegħleb lill-gowler ta’ Spurs Lloris. Iżda Lucas Moura għamel l-iskor 2-2.

L-iżgħar tim ta’ Liverpool jirbaħ kontra Shrewsbury

L-iżgħar tim li qatt lagħab f’isem Liverpool rebaħ kontra t-tim ta’ League One Shrewsbury Town ġewwa Anfield. B’hekk Liverpool għaddew għall-ħames rawnd kontra Chelsea. Bit-tim tal-kbar igawdi minn btala f’nofs il-Premier League, il-maniġer tat-tim ta’ taħt it-23 sena Neil Critchley mexxa lit-tim li kien jinkludi seba’ plejers ta’ 19-il sena jew iżgħar.

Mhux se nbiddel fehmti – Klopp

Il-maniġer ta’ Liverpool Jurgen Klopp qal li se jibqa’ bl-istess fehma, iġifieri li fir-replay tal-FA Cup kontra Shrewsbury Town jilgħab it-tim ta’ taħt it-23 sena. Liverpool spiċċaw il-logħba f’parità bl-iskor ta’ 2-2 kontra l-klabb ta’ League One. It-tieni logħba kontra l-istess tim se taħbat waqt iż-żmien ta’ waqfa f’nofs l-istġun tal-Premier League.

Arsenal jirbħu kontra Bournemouth: jgħaddu għall-5 rawnd

Arsenal rebħu bl-iskor minimu ta’ 2-1 kontra Bournemouth. B’hekk Arsenal għaddew għall-ħames rawnd u se jkunu qed jilagħbu kontra Portsmouth. Bukayo Saka poġġa lil Arsenal fuq quddiem kmieni fil-logħba b’xutt mill-isbaħ b’siequ x-xellugija.

Klopp jgħid li t-tim mhux se jilgħab ir-replay kontra Shrewsbury

Klopp ikkonferma li t-tim mhux se jkun qed jilgħab fir-replay tal-FA Cup li se taħbat nhar l-4 ta’ Frar għal raġuni sempliċi. Hu qal li kien wegħedhom li jistgħu jieħdu btala waqt il-waqfa qasira tax-xitwa mill-Premier League. Klopp qal li mhux lest li jikser din il-wegħda li għamel magħhom.

Chelsea jgħaddu għall-5 rawnd tal-FA Cup

Michy Batshuayi u Fikayo Tomori skurjaw gowl kull wieħed biex Chelsea rnexxielhom jagħmluha għall-ħames rawnd tal-FA Cup. Huma rebħu bl-iskor ta’ 2-1 kontra Hull City.

Tottenham jgħaddu għar-4 rawnd tal-FA Cup

Tottenham għaddew għar-raba’ rawnd mill-FA Cup wara li rnexxielhom jirbħu kontra Middlesbrough.