Tag: Evarist Bartolo

Gafà jattakka lil Bartolo; jgħidlu biex jieqaf iħarref dwar il-Libja

Neville Gafà attakka lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin Evarist Bartolo permezz ta’ post fuq Facebook u qallu sabiex jieqaf iħarref dwar il-Libja. Gafà kien jaħdem f’Kastilja taħt il-Prim Ministru Joseph Muscat. Gafà huwa magħruf fost l-oħrajn li kien jikkordina ħidmiet b’rabta mal-immigrazzjoni illegali u kien imsemmi f’push backs ta’ immigranti lejn il-Libja.

L-aħħar tliet Prim Ministri m’għamlu xejn biex jeqirdu l-qarnit mafjuża li...

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Evarist Bartolo qal li l-aħħar tliet Prim Ministri f’Malta m’għamlu xejn biex jeqirdu dan il-qarnit li qed jagħmel ħsara kbira lill-pajjiż. Meta kien qed jitkellem fil-parlament, Bartolo qal li l-aħħar Prim Ministru li prova jiqfilhom kien Alfred Sant.

Inutli nbiddlu l-qoxra ta’ barra u nħallu t-taħsir ta’ ġewwa –...

Il-Ministru jgħid li l-Gvern jeħtieġ boxxla morali

‘Min hu responsabbli għandu jagħmel pass minn jeddu; inkella jieħu azzjoni...

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Evarist Bartolo qal li jaqbel mal-Prim Ministru Robert Abela li min kien politikament responsabbli dwar l-allegazzjonijiet li ħarġu lbieraħ għandu jagħmel pass minn jeddu. Żied jgħid li nkella jkollu jieħu azzjoni Abela bħala PM.

Aktar minn 10,000 persuna jitolbu għar-ripatrijazzjoni waqt il-pandemija

Waqt il-pandemija tal-COVID-19, il-Gvern Malti għen lil madwar 10,278 persuna li talbu sabiex jiġu ripatrijati.

530 ħaddiem se jmorru lura f’pajjiżhom għax tilfu xogħolhom – Il-Ministru

300 Indjan u 230 Kolombjan li tilfu xogħolhom minħabba l-pandemija

Delia jitlob lil Bartolo jagħmel stqarrija dwar iż-żjara fil-Libja

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia reġa’ nsista li l-Gvern għandu jagħmel stqarrija dwar iż-żjara riċenti fil-Libja.

“Se ngħinu 500 persuna oħra jmorru lura pajjiżhom” – Evarist Bartolo

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Evarist Bartolo qal li fil-jiem li ġejjin, il-Gvern se jkun qed jgħin madwar 500 persuna jmorru lura pajjiżhom. Spjega li dawn ġejjin mill-Kolombja, Spanja, l-Albanija u l-Polonja.

Strajk tal-ġuħ fuq il-vapuri tal-Captain Morgan – Alarm Phone

Għadd ta' persuni li jinsabu abbord żewġ vapuri tal-Captain Morgan fl-ibħra 'l barra mill-kosta Maltija bdew strajk tal-ġuħ.

Cuschieri ma jgħidx għaliex m’għadux Ambaxxatur għall-Italja

Joseph Cuschieri ma qalx għalfejn mhux se jkun qed iservi bħala l-Ambaxxatur Malti għall-Italja.