Tag: Eurovision Song Contest 2020

Awguri Michela!

L-ewwel esperjenza tagħha fil-pubbliku kienet fis-17 ta' Mejju fl-2014 waqt l-44 edizzjoni tal-Festival Marjan. Interpretat il-kanzunetta Hallelujah u rebħet l-ewwel post fil-kategorija tagħha.

Destiny b’liema kanzunetta se tieħu sehem fil-Eurovision?

19-il pajjiż parteċipant ikkonferma li l-parteċipazzjoni tiegħu se tkun mill-istess artist li kellu jirrappreżentahom fl-edizzjoni li tħassret, u għaldaqstant Destiny, rebbieħa tat-tieni edizzjoni ta' X Factor Malta, se tkun l-ambaxxatriċi ta' pajjiżna.

Filmat: Segwi l-ispettaklu Eurovision: Europe Shine A Light

Spettaklu mill-aqwa llejla fuq TVM fejn se jiġu onorati l-artisti u l-kanzunetti li kellhom jieħdu sehem fil65 edizzjoni tal-Eurovision SOng Contest.

Il-Eurovision Song Contest mhux se jsir

Għall-edizzjoni li jmiss kellhom jipparteċipaw 41 pajjiż b'Malta li kellha tkun rappreżentata minn Destiny bil-kanzunetta All of My Love.

Il-Eurovision f’riskju minħabba l-coronavirus

Il-Coronavirus qed iħalli impatt fuq avvenimenti madwar id-dinja.

Filmat: L-Ingliżi jħejju għall-Eurovision

Il-kantanta James Newman għandu 31 sena u ħuh huwa John Newman li kien nominat għall-Brit Award, James mhux biss huwa kantant iżda wkoll kiteb bosta kanzunetti għal Ed Sherran, Jess Glynne, Calvin Harris u Little Mix.

Konkors għall-innu tal-Eurovision fl-okkażjoni tas-70 anniversarju

Kulħadd hu liberu kif jikkomponi basta tkun oriġinali. Tista’ tkun komposta biex tindaqq minn mużiċist waħdu, jew b’tema folk, bid-drums, stil operistiku u anki kor. L-aqwa li wieħed ikun kreattiv, differenti u joħroġ għonqu għal xi ħaġa tassew oriġinali.

Jispiċċaw kollha l-biljetti li nħarġu llum għall-Eurovision

Qed jingħad li dawn il-biljetti nbiegħu fi ftit inqas minn siegħa u nofs minn x'ħin inħarġu għall-bejgħ. Dan ir-rispons kien mistenni peress li nhar it-Tlieta saret it-tluq bil-polza biex jiġi determinat f'liema semifinali kull pajjiż parteċipant jieħu sehem.

Ritratti: Ara kif se jidher il-palk tal-Eurovision

Għal darb' oħra il-Green Room se tkun mal-arena biex b'hekk anki l-kantanti u delegazzjonijiet li jakkumpanjawhom ikollhom kuntatt mal-atmospera li jkunu qed igawdu l-eluf li jattendu t-tlett serati.

Il-Eurovision se jsir f’Rotterdam

Rotterdam, fl-Olanda, hija l-belt magħżula biex tospita l-edizzjoni tal-2020 tal-Eurovision Song Contest.L-aħbar ħarġet ftit tal-ħin ilu mill-European Broadcasting Union (EBU) u mix-xandara nazzjonali Olandiżi,...