Tag: ERRC

Għajnuna fuq il-baħar: Ambulanza tal-ilma u jet ski għall-ERRC

L-ERRC żiedet żewġ vetturi mal-flotta tagħha sabiex tkun tista’ tassisti aħjar persuni li jsibu diffikultà fil-baħar f’Għawdex u Kemmuna. Il-hydro-ambulance u l-jet ski kienu mibnija speċifikament għal dan il-għan.

Aġġornata: Turista tintlaqat minn dinghy f’Kemmuna

Mara weġġgħet wara li ntlaqtet minn dinghy f'Kemmuna, illum wara nofsinhar.Il-każ seħħ għall-ħabta tan-12.30pm meta t-turista Franċiża allegatament kienet qed togħdos 'il barra miż-żona...

Voluntiera Għawdxin b’eżerċizzju ta’ salvataġġ fl-Italja

Erba' voluntiera mill-Emergency Response & Rescue Corps (ERRC), bi stedina mill-Emergency Fire and Rescue (EFRU) kienu fost is-16-il tim ta’ voluntiera li ħadu sehem...

Filmat: Isalvaw għadd ta’ persuni mill-baħar

L-għajnuna ingħatat permezz tal-ambulanza tal-baħar, Lifesaver 1.

​“Wieħed mill-irġiel salvati mir-Ramla kien fi stat ħażin ħafna”

Illum waranofsinhar tlett irġiel ġew salvati mill-bajja tar-Ramla, wara li kienu qed jiġu mkaxkra mill-kurrent waqt li kienu qed jipprattikaw l-isport tal-wind surfing.

Jitħarrġu dwar emerġenzi u kura qabel l-isptar

Proġett b’fondi tal-UE ppermetta lil erba’ voluntiera tal-Emergency Response and Rescue Corps (ERRC) u ħaddiema tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex biex jieħdu sehem f’taħriġ ta’ kura qabel persuna tittieħed l-isptar wara inċident. Il-kors sar fl-Italja.

F’Kemmuna jonqsu l-inċidenti fix-xewka tad-dahar

Għall-kuntrarju tas-sjuf ta’ qabel, tul is-sajf li għadda, fil-Bajja ta’ Bejn il-Kmiemen kien hemm ftit anqas nies li weġġgħu x-xewka tad-dahar minħabba qbiż mill-għoli. Fil-fatt kien hemm 9 każi fejn xi ħadd weġġa’ dahru jew rasu.

Il-lifeguards lura f’Marsalforn 20 jum wara r-rapport

Dan is-servizz beda jingħata 20 jum wara li Newsbook.com.mt irrapporta li persuni li jiffrekwentaw din il-bajja kienu qed iħossuhom anzjużi minħabba li l-bajja ma kinitx qed tiġi sorveljata.

Jiżloga spallejh wara li waqa’ qrib Ħondoq

Żagħżugħ Franċiż li għandu madwar 20 sena sab ruħu f’diffikultà qrib il-bajja ta’ Ħondoq ir-Rummien f’Għawdex.

Post ġdid minn fejn jaqbżu u jkorru f’Kemmuna

Jidher li l-post favorit għal dan is-sajf jinsab fit-tarf ta’ Bejn il-Kmiemen, sewwasew maġenb it-torri ta’ Kemmuna.