Tag: ERA

Kumpanija tat-tarmak ordnata tieqaf minħabba duħħan iswed

Kumpanija li tipproduċi t-tarmak ġiet ordnata twaqqaf l-operat tagħha wara li ġie nnutat duħħan iswed mill-faċilità f’Ħal Far.

Il-Gvern se jintervjeni jekk ma tissolviex il-problema tal-barrieri

Il-Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima qal li jekk mhux se tissolva l-kwistjoni tar-rimi tal-iskart tal-kostruzzjoni fil-barrieri mill-operaturi tal-barrieri, il-Ministeru se jkun qed...

Alka mhux ħama fil-baħar – ERA

L-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) fi stqarrija qalet li l-ħama fil-baħar tul il-kosta Maltija kienet alka. L-awtorità spjegat li l-irziezet tal-ħut jiġu spezzjonati mill-ħaddiema...

L-Oppożizzjoni bi tħassib dwar il-vot tal-Ministru kontra l-ERA

L-Oppożizzjoni wriet it-tħassib tagħha dwar il-fatt li l-Ministru għall-Ambjent José Herrera vvota kontra l-pożizzjoni tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA), li taqa' taħt ir-responsabbiltà tiegħu,...

Ritratti: L-ERA tipproteġi speċi endemika ġdida f’Għawdex

Il-Ministeru għall-Ambjent għamel regolamenti ġodda flimkien mal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA), li fosthom jipproteġu speċi ġdida ta’ orkida endemika li tinsab Għawdex biss.Dawn ir-regolamenti, sostniet...

L-ERA topponi żvilupp ta’ villa fiż-Żebbuġ Għawdex

L-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) isottomettiet appell wara deċiżjoni li ttieħdet mill-Awtorità tal-Ippjanar, li biha ġie approvat żvilupp ta’ villa qrib Sqaq Anton Mallia...

Art ODZ: Mhux se ssir pompa tal-petrol f’Ħ’Attard

Pompa tal-petrol li kienet proposta timbena fuq art ODZ fl-arterja ta' Ħ'Attard ġiet deċiża li ma ssirx.L-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) esprimiet is-sodisfazzjoni tagħha...

Jirriżenjaw 3 mill-Awtorità tal-Ippjanar fosthom Matthew Pace

Ir-riżenja ta' Matthew Pace kienet waħda mit-tliet riżenji li rċieva l-Ministru għall-Infrastruttura Ian Borg flimkien mas-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar Chris Agius. AQRA: Kunflitt ta’ interess iwassal biex...

“ERA MAFJA”; L-Awtorità tikkundanna l-vandaliżmu

Persuni mhux magħrufa kitbu il-kliem "ERA MAFIA", "ISTĦU" u "IRREŻENJA" mal-bini tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA). Fi stqarrija llum waranofsinhar l-ERA kkundanat l-vandaliżmu li sar...

Żvilupp Dwejra: 15-il NGO jappellaw fil-Qorti; is-smigħ fis-16 ta’ Ottubru

BirdLife Malta, f'isem 15-il NGO oħra, appellaw fil-Qorti dwar l-iżvilupp tad-Dwejra. Is-smigħ se jsir fis-16 t'Ottubru. Dawn l-organizzazzjonijiet ngħaqdu sabiex jiġbru l-flus f’tentattiv biex jappellaw...