Tag: Elezzjoni Presidenzjali

Biden aktar qrib tar-rebħa

It-taqtigħa għall-White House għadha ma ġietx deċiża iżda hemm indikazzjonijiet li Biden qed jersaq lejn ir-rebħa.

Trump jiddikjara rebħa minkejja li għadhom jingħaddu l-voti

Xejn mhu ċert dwar min se jirbaħ l-elezzjoni Amerikana

Ir-rapper Kanye West jgħid li se jikkontesta għal President tal-Istati Uniti

Ir-rapper Amerikan Kanye West, li huwa wieħed minn dawk li jappoġġja lill-President kurrenti tal-Istati Uniti Donald Trump, ħabbar ilbieraħ li se jkun qed jikkontesta għal President fl-2020. Jidher li qed jagħmel dan biex jisfida kemm lil Trump, kif ukoll lir-rivali Demokratiku tiegħu, l-eks Viċi President Joe Biden.

L-avukat ta’ Trump jammetti li għamel dikjarazzjonijiet foloz

L-avukat personali tal-President Amerikan Donald Trump, Michael Cohen ammetta li hu ħati ta’ dikjarazzjonijiet foloz b’rabta mal-investigazzjoni federali dwar l-irwol ta’ Russja fl-elezzjoni Presidezjali...

L-Isqfijiet fil-Kongo jkomplu bil-pressjoni fuq il-President Kabila

Bl-elezzjonijiet fil-Kongo skedati għal Diċembru li ġej, il-Konferenza Episkopali tal-pajjiż qed tkompli tagħmel pressjoni fuq il-Gvern biex jirrispetta l-Kostituzzjoni u l-iskadenzi elettorali.Il-ġimgħa li għaddiet...

Konfermati l-erba’ kandidati għall-Presidenza tal-FIFA

Il-President attwali Sepp Blatter, l-eks attakant Portugiż Luis Figo, il-president tal-Federazzjoni Olandiża Michael van Praag u l-Prinċep tal-Ġurdan Ali Bin Al-Hussein, huma l-erba’ kandidati għall-presidenza tal-FIFA.

Afganistan: 246 attakk mit-talibani f’ġurnata waħda

Skont il-mezzi tax-xandir Afgani, l-attakki ħallew minn tal-inqas 20 persuna mejta.

Afganistan: Tibda l-elezzjoni għall-president li jmiss

Dalgħodu fl-Afganistan bdiet il-votazzjoni li se tiddeċiedi min bejn l-eks ministri Abdullah Abdullah u Ashraf Ghani se jkun is-suċċessur tal-president Hamid Karzai.

F’Mejju li ġej l-Eġizzjani jivvutaw għall-President ġdid

L-elezzjoni Presidenzjali fl-Eġittu se jsiru fis-26 u s-27 ta’ Mejju li ġej.

Abdulla Yameen rebaħ l-elezzjoni Presidenzjali tal-Maldives

Abdulla Yameen rebaħ l-elezzjoni presidenzjali tal-Maldives bl-ikbar ammont ta’ voti.