Tag: Elezzjoni 2013

Avukati u Professuri tal-Università fost dawk li se janalizzaw it-telfa elettorali...

Jidher li l-Partit Nazzjonalisti iddeċieda li jagħżel persuni li ġejjin minn kuntesti differenti, possibilment biex ikunu jistgħu jaraw l-aħħar żviluppi fil-politika u fil-Partit Nazzjonalista minn lenti differenti.

Aġġornata: Il-PN jitlob li jerġgħu jingħaddu l-voti ta’ distretti li tilef...

Fi stqarrija, il-Partit Nazzjonalista qal li f’Għawdex, 10 voti tal-Kandidat tal-Partit Nazzjonalita Paul Buttigieg intilfu u r-rizultat wassal biex il-Partit Nazzjonalista tilef it-tielet siggu f’Ghawdex b’9 voti.

X’se jkun hemm ġdid f’din l-elezzjoni?

Għalkemm l-elezzjoni li ġejja se tkun it-23 elezzjoni ġenerali fl-istorja ta’ Malta, xorta se jkun hemm innovazzjonijiet fil-jum tal-votazzjoni u fil-proċess elettorali.

L-aħħar ġimgħa ta’ kampanja elettorali: kruċjali bħal fil-passat?

Hekk kif fadal biss ftit jiem għall-jum tal-votazzjoni, ħarsa lejn l-aħħar żewġ elezzjonijiet ġenerali turi li l-aħħar ġimgħa dejjem kienet waħda kruċjali.

Min nhar is-Sibt li ġej, il-voti jinġabru mill-għases

Il-Kummissjoni Elettorali tavża li dawk il-persuni li ma rċevewx id-dokumenti tal-vot, jistgħu jmorru personalment fl-Għassa tal-Pulizija tal-lokal u jieħdu magħhom il-Karta tal-Identità.

Wara d-dibattitu: ‘Aħna ma nattakkawx l-istudenti’ – Dr Lawrence Gonzi

Dr Gonzi kien qed jindirizza attività politika fin-Naxxar, bit-tema ‘Qalb il-Familja’

Il-PN ikompli jwiegħed servizzi tas-saħħa b’xejn

F’laqgħa politika f’Ħaż-Żebbuġ, Il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil semma l-impenn tal-Gvern li jiġġieled id-diabete.

L-AD twiegħed li tneħħi l-kaċċa anke fir-rebbiegħa

L-AD sostniet li b’din il-proposta, Malta tkun qed taqdi d-dmirijiet kollha tagħha f’dan il-qasam mal-Unjoni Ewropea

‘Pulizija u suldati jistgħu jingħaqdu f’unjin’ – Dr Joseph Muscat

Il-Mexxej Laburista Dr Joseph Muscat ħabbar li Gvern Laburista jassigura li l-membri tal-pulizija u suldati, ikollhom id-dritt li jissieħbu f’unjin. Hu qal li f’pajjiżi oħra diġa jsir hekk.

Awdjo: ‘M’hemmx pjan li jiżdiedu l-ħinijiet tal-iskola’ – Dr Lawrence Gonzi

Dan minkejja li Malta hija waħda mill-pajjiżi fl-Unjoni Ewropea li l-iskejjel jispiċċaw relattivament kmieni.