Tag: Ekonomija Maltija

Proġett biex l-ekonomija Maltija tinbidel f’intrapriża soċjali sal-2030

Kumpanija ta’ konsulenza lokali ħabbret proġett biex jifforma l-ekonomija Maltija f’intrapriża soċjali sal-2030. Fi stqarrija CI Group spjega kif il-kwalità tal-ħajja soċjali ma tistax tkun iddeterminata biss mit-tkabbir ekonomiku imma tiddependi wkoll minn standards etiċi, sistemi ta’ sigurtà u kisbiet personali. Qalet li b’riflessjoni ta’ dan, il-kontribuzzjoni tan-negozju fis-soċjetà jmur ferm lil hinn mill-produzzjoni ta’ ġid.

Filmat: L-Oppożizzjoni tippreżenta pjan biex l-ekonomija Maltija tirkupra

Konferenza tal-aħbarijiet tal-Oppożizzjoni

Irridu nitgħallmu ngħixu mal-coronavirus sakemm jinstab vaċċin – Kamra tal-Kummerċ

Il-President tal-Kamra tal-Kummerċ, l-Intrapriża u l-Industrija, il-Perit David Xuereb, qal li wasal iż-żmien li tinfetaħ l-ekonomija u l-pubbliku jirritorna għax-xogħol. Qal li kulħadd irid jitgħallem jgħix f’realtà fejn il-coronavirus huwa preżenti sakemm jinstab vaċċin.

Iktar ħaddiema jaħdmu f’Mejju

F’Mejju, dawk jaħdmu bi qliegħ full-time, part-time jew full-time u part-time żdiedu.

Aġġornata: Il-Gvern qed iżid id-dipendenza ekonomika fuqu – il-PN

Il-PN akkuża lill-Gvern li qed iżid id-dipendenza ekonomika fuqu biż-żieda ta’ impjiegi mal-Gvern u bin-nefqa bla rażan.

​Kummissjoni tal-Knisja tħeġġeġ iktar attenzjoni lill-intrapriżi ż-żgħar

Il-Kummissjoni Pastorali fid-Dinja tax-Xogħol ħeġġet il-ħarsien tal-valuri li jduru madwar il-bniedem, iktar milli l-qliegħ finanzjarju.

​Jonqos l-għoli tal-ħajja għar-raba’ xahar konsekuttiv

L-inflazzjoni f’Malta naqset bi ftit ix-xahar li għadda, meta mqabbel ma’ Awwissu tas-sena l-oħra, bir-rata ta’ 0.3%. Dan hu r-raba’ xahar konsekuttiv din is-sena fejn naqas l-għoli tal-ħajja.

Il-PN jakkuża lill-Gvern b’qerq fl-interpretazzjoni tal-istatistika

Il-Partit Nazzjonalista akkuża lill-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna li pprova jqarraq biex jgħatti ż-żieda sostanzjali ta’ ħaddiema mill-Gvern.

Il-Kamra tal-Kummerċ twissi kawtela dwar is-sitwazzjoni ekonomika

Il-Kamra tal-Kummerċ, l-Intrapriża u l-Industrija appellat lill-Gvern biex jiftaħ, malajr kemm jista’ jkun, diskussjoni fl-MCESD dwar il-kompetittività nazzjonali.

Aġġornata: Il-PN jikkritika lill-Gvern li ma sabx fondi għal skemi għan-negozji

Il-Partit Nazzjonalista, fi stqarrija tal-Viċi Kap Mario de Marco, ikkritika lill-Gvern li din is-sena s’issa nefaq €60 miljun aktar fuq salarji u spejjeż operattivi tal-Gvern biss imma ma sabx flus biex jgħin lis-sidien ta’ negozji biex jinvestu iktar u joħolqu iktar xogħol.