Tag: Edward Zammit Lewis

“Il-Gvern għandu jippubblika dak li għandu jiġi ppubblikat”

Zammit Lewis u David Agius iddibattew ukoll dwar il-bejgħ tat-tliet sptarijiet Maltin lill-kumpanija Vitals Global Healthcare (VGH) li mbagħad biegħet l-isptarijiet lil Steward Healthcare.

Fuq 103: Edward Zammit Lewis u David Agius

Il-qbil dwar it-tibdiliet fl-emendi kostituzzjonali, il-ftehim ma’ Vitals Global Healthcare, is-sitwazzjoni fil-partiti politiċi llum, u l-aħħar żviluppi fuq Covid-19, illum waqt Newsbook Hour.

Il-Ministru Zammit Lewis ‘jhedded’ li jirrapporta l-Oppożizzjoni lill-KE

Il-Ministru għall-Ġustizzja Edward Zammit Lewis stqarr li jekk l-emendi proposti għall-Kostituzzjoni wara r-rapport tal-Kummissjoni Venezja ma jgħaddux kien se jmur quddiem il-Kummissjoni Ewropea u jirrapporta lill-Oppożizzjoni.

Filmat: L-MPs tal-Gvern jgħidu li ma kinux jafu bl-elezzjoni bikrija

Uħud mill-Membri Parlamentari tan-naħa tal-Gvern qalu li ma kinux konxji li kienet se ssir elezzjoni ġenerali bikrija fl-2017. Newsbook.com.mt staqsa lil dawn il-Membri Parlamentari jekk huma kinux konxji dwar l-elezzjoni bikrija li saret fl-2017, mill-2016.

Il-Gvern jikkonferma li kien innomina lil Mercieca għal Prosekutur Ewropew

Il-Ministru għall-Ġustizzja Edward Zammit Lewis ikkonferma fil-Parlament li l-Gvern kien innomina lill-Avukat Charles Mercieca, li wara talab investigazzjoni dwaru, għall-pożizzjoni ta' prosekutur fl-uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew.

Min jieħu post Chris Cardona m’għandux ikun MP – Zammit Lewis

Il-Ministru għall-Ġustizzja Edward Zammit Lewis qal li jemmen li l-persuna li tokkupa l-kariga ta’ Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit m’għandux ikun Membru Parlamentari.

Iffirmat ftehim li se jwassal għal korsijiet dwar il-vjolenza domestika fl-MCAST

Il-Kummissjoni kontra l-Vjolenza Domestika u l-Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru u l-MCAST iffirmaw ftehim li se jwassal biex isiru korsijiet relatati mas-suġġett ta’ vjolenza domestika u vjolenza abbażi tal-ġeneru.

Tal-mistħija li l-Ewropa se jkollha tbaxxi l-istandards għall-Maltin fl-EPPO – PN

Il-Partit Nazzjonalista qal li huwa tal-mistħija li l-Kummissjoni Ewropea se jkollha tbaxxi l-istandards għal adwk li japplikaw minn Malta għal kariga ta’ Prosekutur Pubbliku Ewropew fl-uffiċċju tal-EPPO.

Fuq 103: Said u Zammit Lewis jiddiskutu t-tibdil propost għar-riforma ġudizzjarja

Il-programm Newsbook Hour fuq l-istazzjon tar-radju 103 Malta's Heart jiddiskuti t-tibdil li qed jiġi propost għar-riforma ġudizzjarja u aspetti kostituzzjonali.