Tag: Dyslexia

Filmat: “Id-dyslexia mhix xi ħaġa li teħtieġ li tkun ‘irranġata’”

Mark m’għandux ħlief tifħir għall-għalliema tagħha u l-esperti tad-dyslexia li qed jgħinuhom matul it-triq imma jgħid li xi kultant ikun frustrat meta jiġi biex iġġiegħel lin-nies jifhmu x’inhi l-kundizzjoni.

Appell biex jiġu implimentati proposti dwar tfal bid-Dyslexia

Jgħidu li Albert Einstein, ismu sinonimu ma' ġenju, kellu Dyslexia

“Inqas minn 1% tal-persuni bid-dyslexia ġew identifikati” – professjonist

Inqas minn 1% tal-persuni li għandhom id-dyslexia ġew djanjostikati skont Richard Broadbent, mill-Istitut tad-Dyslexia fir-Renju Unit. Hu kien qed jitkellem waqt laqgħa ta’ konsultazzjoni...

Filmat: “Taqtax qalbek, minkejja li tara kollox bil-maqlub”

Tfal bid-dyslexia ħafna drabi jħossuhom differenti minn tfal oħra minħabba l-mod kif iħarsu lejn id-dinja. Dan kien il-ħsieb ewlieni wara l-kanzunetta "Bil-maqlub".

Awdjo: Jixtiequ li jinxtara software li jgħin lit-tfal bid-dyslexia

Ġenituri ta’ studenti li għandhom id-dyslexia jkollhom moħħhom aktar mistrieħ, meta fl-iskejjel f’Malta jibda jintuża l-Kurzweil 3000, software li jservi ta’ għajnuna għall-istudenti b’diffikultajiet fit-tagħlim, fil-qari jew fil-kitba.

Appell minn żgħażagħ bid-dyslexia biex eżamijiet isiru b’mod orali

L-Ispeaker Anġlu Farrugia, wara laqgħa ma’ grupp ta’ żgħażagħ li jsofru bil-kundizzjoni tad-dyslexia, wassal l-appell taż-żgħażagħ biex eżamijiet tas-SEC u tal-MATSEC isiru b’mod orali għal min ibati b’din il-kundizzjoni.

2,070 student b’dyslexia f’Malta

Skont id-Direttorat tal-Edukazzjoni hemm 420 tifel u tifla b’dyslexia fl-iskejjel primarji u 1,650 student ieħor fl-iskejjel sekondarji fil-pajjiż. Riċerki internazzjonali juru li madwar 10% tal-istudenti fl-iskejjel ibatu minn din il-kundizzjoni.

Omm inkwetata jekk tfal bid-Dyslexia jkunux jistgħu jużaw tablet waqt il-MATSEC

Tappella biex qabel ma tittieħed din id-deċiżjoni, għandha ssir konsultazzjoni mal-Assoċċjażżjoni tad-Dyslexia u l-ġenituri.