Tag: Diżabilita’

Tirċievi ċurkett mingħand persuna misterjuża

Jeanesse, li hija mara b'diżabilità li spiss fuq il-midja soċjali titkellem b'mod apert sabiex turi lis-soċjetà li ħadd m’għandu jwarrab persuni bħalha

Filmat: “Tfal oħra jilagħbu l-futbol u noli, u jien ġewwa” –...

Antonio Flores, żagħżugħ li għadda minn amputazzjoni f’saqajh spjega li meta kien żgħir, filwaqt li tfal oħrajn kienu jilgħabu l-futbol u noli, hu kien ikollu joqgħod ġewwa.

“Sfida ta’ kuljum biex nifhem lill-għalliema” – tfajla nieqsa mis-smigħ

Annemarie Bugeja sostniet li l-isfida biex tifhem lill-għalliema u l-lecturers fil-klassi hija waħda mill-ikbar sfidi li tgħaddi minnhom ta’ kuljum. F’intervista ma’ Newsbook.com.mt, Bugeja, li hija nieqsa mis-smigħ, tkelmet dwar il-kisbiet tagħha fil-ġinnastika u l-isfidi li affaċċjat matul is-snin.

Indirizzati aħjar il-bżonnijiet ta’ persuni b’diżabilità

L-iskema hija l-ewwel minn serje ta’ reviżjonijiet ta’ ‘policies’ li qed titwettaq mill-Awtorità tad-Djar bħala parti minn Memorandum of Understanding iffirmat bejn l-Awtorità u l-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD) is-sena li għaddiet.

“Ta’ kuljum permezz ta’ Facebook nipprova nferraħ lin-nies” – Jeanesse

Jeanesse Abela, mara b’diżabbiltà, irrakkuntat ma’ Newsbook.com.mt kif ta’ kuljum, tagħmel użu mill-midja soċjali sabiex tipprova tferraħ lin-nies u tinkoraġġihom ikomplu mal-ħajja.

“Tfal b’diżabilità m’għandhomx jintbagħtu d-dar jekk l-LSE bis-sick”

L-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal jinsab imħasseb dwar is-sitwazzjoni tat-tfal li m’humiex jitħallew imorru l-iskola jekk għal xi raġuni, il-Learning Support Educator (LSE) ma tmurx għax-xogħol.

Filmat: “Kienu jgħiduli biex ma nagħmilx PE; kont nipprova xorta”

Aquilina spjega kif l-imħabba għall-isport nibdtet minn tfulitu. Qal li hu qatt ma ħalla d-diżabilità tiegħu twaqqfu milli jkompli mat-tfal l-oħrajn waqt il-lezzjonijiet tal-edukazzjoni fiżika (PE). Qal li bosta adulti kienu jgħidulu biex joqgħod lura. Sostna li kien jaf li huma kienu qed jgħidulu dan għall-ġid tiegħu, imma kien jipprova xorta waħda. Qal li kien jipprova bil-mod tiegħu u kien jirnexxielu xorta.

Ritratti: 12-il persuna b’diżabilità jitolbuk tħares lejhom

Is-CRPD kkummissjonat serje ta’ 12-il ritratt ta’ dawn il-persuni li għandhom diżabilitajiet differenti fosthom spina bifida, problemi bis-smigħ u l-vista tal-għajnejn, ADHD, awtiżmu u down syndrome. Huma qed jagħmlu numru ta’ attivitajiet differenti, bħat-teatru, żfin, logħob, bowling, għawn, fost oħrajn. Ir-ritratti ttieħdu mill-fotografu Darren Zammit Lupu u flimkien jirrappreżentaw l-aspirazzjonijiet ta’ dawn il-persuni.

Filmat: “Għadda ż-żmien tad-diskriminazzjoni u l-istigma” – Il-President

Meta tonora dan l-impenn, is-CRPD taħdem sabiex is-soċjetà tista’ telimina kwalunkwe forma ta’ diskriminazzjoni diretta jew indiretta kontra persuni b’diżabilità jew il-familji tagħhom filwaqt li tipprovdi l-għajnuna u l-appoġġ neċessarju.

Forum li jgħaqqad is-setturi tan-negozju u d-diżabilità

Minbarra s-CRPD, bħala fundaturi hemm il-Malta Chamber of Commerce, Enterprise and Industry; il-Malta Employers’ Association u l-GRTU - Malta Chamber of SMEs. Ma’ dawn ingħaqdu l-MFOPD – Malta Federation Organization of Persons with Disability; il-Fakultà għall-Benesseri Soċjali; l-Uffiċċju tal-Kummissarju għas-Saħħa Mentali; il-Kamra tan-Negozju ta’ Għawdex u l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali.