Tag: Dissett

Aġġornata: Il-PN iħejji biex jagħmel rapport tat-telfa

Waqt li l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia stqarr li r-rapport tat-telfa elettorali mhux l-iktar ħaġa essenzjali, iżda li jikkunsidrah, Newsbook.com.mt jinsab infurmat li uffiċjali...

“Inħossni konsistenti li nivvota iva dwar il-kaċċa” – Simon Busuttil

Simon Busuttil qal li l-kaċċaturi huma rrapreżentati ħafna fil-politika Maltija. Meta mistqosi dwar l-allegazzjonijiet fil-konfront tal-eks Minsitru Giovanna Debono, Simon Busuttil sostna li mhux se jkun qed jissospendi l-ħidma tagħha minħabba l-fatt li hi ċaħdet kategorikament l-akkużi kollha miġjuba kontriha.

Simon Busuttil: Żieda rekord ta’ €370 miljun fid-dejn tal-pajjiż

Skont il-kriterji Ewropej, kien hemm żieda rekord fid-dejn tal-pajjiż fl-ewwel sena ta’ Gvern Laburista, rekord kemm ilna fl-Unjoni Ewropea.

Aġġornata: Reno Bugeja jiċħad il-ħatra ta’ Kap tal-aħbarijiet ta’ PBS imma...

Kelliem għall-Gvern sostna li l-Ministru Dr Manwel Mallia ma jaf xejn b’dan iċ-ċaqlieq fil-kamra tal-aħbarijiet ta’ PBS.

L-Awtorità tax-Xandir iddispjaċuta li l-PBS mar kontra deċiżjoni tagħha

L-Awtorità tax-Xandir jiddispjaċiha li l-istazzjon għażel li jpoġġi lilu nnifsu ‘l fuq mid-deċiżjoni tal-Awtorità”. Fi stqarrija l-Awtorità tax-Xandir ordnat lill-PBS biex id-dibattitu bejnLouis Grech u Simon Busuttil jixxandar nhar is-Sibt li ġej 5 ta’ Jannar fuq TVM2.

Aġġornata: L-Awtorità tax-Xandir tipposponi l-programm ‘Dissett’

L-Awtorità tax-Xandir iddeċidiet li l-edizzjoni tal-lejla tal-programm Dissett jixxandar is-Sibt 5 ta’ Jannar u ma jkunx biss bil-parteċipazzjoni tad-Deputat Mexxej ġdid tal-Partit Laburista Louis Grech, iżda wkoll bil-parteċipazzjoni tal-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil.