Tag: Destiny Chukunyere

Destiny b’liema kanzunetta se tieħu sehem fil-Eurovision?

19-il pajjiż parteċipant ikkonferma li l-parteċipazzjoni tiegħu se tkun mill-istess artist li kellu jirrappreżentahom fl-edizzjoni li tħassret, u għaldaqstant Destiny, rebbieħa tat-tieni edizzjoni ta' X Factor Malta, se tkun l-ambaxxatriċi ta' pajjiżna.

Din il-kantanta llum tagħlaq 18-il sena. Għaraftha?

Ħadet sehem f'diversi kompetizzjonijiet oħra fosthom il-Festival Kanzunetta Indipendenza, Asterisks Music Festival u SanRemo Junior fl-Italja.

Destiny se tirrappreżenta lil Malta għall-Eurovision tal-2021

X-Factor Malta ħabbar li Destiny Chukunyere li kellha tirrappreżenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest din is-sena, se tkun qed tirrappreżenta lil Malta fl-2021 minflok.

Filmat: “Se nibqa’ naħdem u nistinka biex il-ħolma tiegħi ssir realtà”...

Destiny Chukunyere f'intervista ma' Arthur Caruana waqt 103 Breakfast fuq l-istazzjon tar-radju 103 Malta's Heart.

Segwi Live l-ewwel programm speċjali tal-Eurovision

Se tkun qed tingħata ħarsa lura lejn l-istorja ta' Malta fil-Eurovision u t-telepsettaturi se jkollhom ukoll l-opportunità li jesprimu l-opinjoni tagħhom dwar liema kienu l-kanzunetti favoriti tagħhom minn pajjiżna matul is-snin.

Destiny l-aktar kantanta femminili favorita mal-fans tal-Eurovision

Għal din l-edizzjoni kellhom jieħdu sehem 17-il kantanta minn fost it-43 pajjiż parteċipanti. B'kollox daħaħlu 4,627 vot li minnhom 530 kienu għal Destiny li b'hekk ġiet ivvutata fl-ewwel post.

Destiny tikklassifika fit-tielet post

Il-kantanta Maltija dehret ukoll b'kollegament mid-dar tagħha ftit ħin qabel il-votazzjoni fejn minnu ħareġ ir-riżultat finali li hi klassifikat fit-tielet post.

Il-kanzunetta ta’ Destiny illejla f’konkors fl-Awstrija

Illejla, f'xandira li tibda fit-8.15pm se jkun hemm il-kompetizzjoni bejn l-aħħar grupp ta' kanzunetti beix imbagħad jiftaħ it-televoting fejn se jkunu qed jikkompetu l-kanzunetti rebbieħa minn kull serata.

Serata speċjali flok il-finali tal-Eurovision

L-EBU se tkun qed tħabbar aktar informazzjoni dwar dan l-ispettaklu fiż-żmien li ġej hekk kif ukoll ħafna pajjiżi diġà kkonfermaw li l-artisti li kellhom jieħdu sehem fl-edizzjoni at’ din is-sena u li se jkunu qed jieħdu sehem fl-ispettaklu mhux kompetittiv ta’ din is-sena, se jkunu qed jirrappreżentawhom fl-edizzjoni li mistennija ssir fis-sena d-dieħla.

Jibdew jikkonfermaw l-artisti għall-Eurovision 2021

Malta kellha tieħu sehem permezz ta' Destiny bil-kanzunetta All of my Love imma s'issa ma hemm l-ebda ħjiel jekk hux se tkun hi li tirrappreżenta lil pajjiżna fl-edizzjoni tal-2021.