Tag: Defiċit

Se jiżdiedu d-defiċit u d-dejn pubbliku

Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna qal li d-defiċit se jiżdied b’mod drastiku hekk kif huwa previst li għal din is-sena d-defiċit ikun ta’ 6% filwaqt li s-sena d-dieħla jkun ta’ 5%. Ġie spjegat li dan seħħ bħal ħafna pajjiżi fl-Unjoni Ewropea fosthom l-Italja, Franza, Spanja u r-Renju Unit.

L-UE tista’ tmexxi kontra l-Italja minħabba d-dejn

Il-Kummissjoni Ewropea l-Erbgħa qalet li d-dejn tal-Italja kompla jikber u għalhekk qed jikser ir-regoli tal-Unjoni Ewropea, u dan jista’ jwassal biex jittieħdu proċeduri kontra...

Malta bl-ikbar surplus fl-Ewropa

Malta kellha l-akbar rata ta’ surplus mill-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea. Ir-rata ta’ suplus kienet ekwivalenti għal 3.5% tal-Prodott Gross Domestiku.Fi stqarrija l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika...

Id-differenza bejn l-importazzjoni u l-esportazzjoni hi l-ikbar f’4 snin

Ċifri preliminari tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li d-differenza bejn dak li jimporta u dak li jesporta l-pajjiż, f’Diċembru, kompliet tikber, din id-darba b’€100 miljun iktar meta mqabbel ma’ Diċembru tas-sena ta’ qabel.

Sal-aħħar ta’ Settembru id-dejn tal-Gvern żdied b’€218-il miljun

Matul it-tielet kwart tas-sena, id-dħul tal-Gvern kien jammonta għal €790.4 miljun jew żieda ta’ €98.3 miljun.

Jiżdied id-defiċit bejn l-importazzjoni u l-esportazzjoni, iktar investiment fir-riċerka u żvilupp

Bejn Jannar u Awwissu, Malta esportat b’27% inqas minn dak li bagħtet ’il barra mill-pajjiż fl-istess 8 xhur tal-2013. Fl-istess ħin, naqqset l-importazzjoni b’5%. Il-Eurostat ippubblikat ukoll statistika marbuta mar-riċerka u l-iżvilupp tal-pajjiżi membri tal-UE.

Il-KE tbassar defiċit ogħla mill-mira tal-Gvern għal din is-sena

I l-Kummissjoni qed tbassir defiċit sal-aħħar tas-sena li huma ikbar mill-mira tal-Gvern ta’ 2.1% għall-aħħar tal-2014.

Il-Eurostat tikkonferma li d-defiċit ta’ Malta għall-2013 kien taħt it-3%

Il-Eurostat ikkonfermat li d-defiċit ta’ Malta għas-sena li għaddiet kien taħt il-livell ta’ 3% għalkemm żdied id-dejn tal-pajjiż.

Tikber id-differenza bejn dak li jimporta u jesporta l-pajjiż

Id-differenza bejn l-importazzjoni u l-esportazzjoni minn Malta fl-ewwel tmien xhur tas-sena tfisser defiċit ikbar fil-kummerċ, ta’ €128.9 miljun.

Aġġornata: Il-Gvern qed iżid id-dipendenza ekonomika fuqu – il-PN

Il-PN akkuża lill-Gvern li qed iżid id-dipendenza ekonomika fuqu biż-żieda ta’ impjiegi mal-Gvern u bin-nefqa bla rażan.